EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0202

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-27 ta’ April 2017.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Immaniġġar ta’ skart – Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE – Sit ta’ rimi ta’ skart f’landfill ta’ Temploni (il‑Greċja).
Kawża C-202/16.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L‑Għaxar Awla) tas-27 ta’ April 2017 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja

(Kawża C‑202/16) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Immaniġġar ta’ skart – Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE – Sit ta’ rimi ta’ skart f’landfill ta’ Temploni (il‑Greċja)”

1. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja–Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni–Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punt 37)

2. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Prova tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni–Produzzjoni ta’ elementi li juru n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Konfutazzjoni li għandha ssir mill-Istat Membru inkwistjoni

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punt 38)

3. 

Ambjent–Skart–Rimi ta’ skart f’landfill–Direttiva 1999/31–Obbligu li tiġi żgurata l-istabbiltà tal-kwantità kbira ta’ skart–Portata–Qbiż tal-għoli massimu previst fid-dritt nazzjonali–Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Ksur tal-obbligi ta’ konformità ta’ landfill mar-rekwiżiti tad-direttiva u tal-proċedura ta’ ammissjoni tal-iskart fis-sit ta’ landfill

[Direttiva tal-Kunsill 1999/31, Artikoli 8(a) u 11(1), u Anness I, punt 6]

(ara l-punti 42‑44)

4. 

Ambjent–Skart–Direttiva 2008/98–Obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw l-irkupru jew ir-rimi ta’ skart–Obbligu ta’ riżultat–Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati–Limiti–Persistenza ta’ sitwazzjoni mhux konformi matul tul estiż li twassal għal deterjorament sinjifikattiv tal-ambjent–Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/98, Artikolu 13)

(ara l-punti 47-49)

5. 

Stati Membri–Obbligi–Implementazzjoni ta’ direttivi–Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern–Inammissibbiltà

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punt 52)

Dispożittiv

1)

Billi ttollerat operat tas-sit ta’ rimi ta’ skart f’landfill ta’ Temploni (il‑Greċja) billi ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, kif ukoll taħt l-Artikolu 8(a), l-Artikolu 11(1) u l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 200, 6.6.2016.

Top