Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0177

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017.
    Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra vs Latvijas Autoru apvienība contre Konkurences padome.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Artikolu 102 TFUE – Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti – Kunċett ta’ ‘prezz inġust’ – Tariffi miġbura minn soċjetà nazzjonali għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur – Ipparagunar mar-rati mitluba fi Stati Membri oħra – Għażla tal-Istati ta’ riferiment – Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-prezz – Kalkolu tal-multa.
    Kawża C-177/16.

    Kawża C‑177/16

    Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra/Latvijas Autoru apvienība

    vs

    Konkurences padome

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Augstākā tiesa Administratīvo lietu departaments)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Artikolu 102 TFUE – Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti – Kunċett ta’ ‘prezz inġust’ – Tariffi miġbura minn soċjetà nazzjonali għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur – Ipparagunar mar-rati mitluba fi Stati Membri oħra – Għażla tal-Istati ta’ riferiment – Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-prezz – Kalkolu tal-multa”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017

    1. Pożizzjoni dominanti–Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri–Kriterji ta’ evalwazzjoni–Inċidenza potenzjali u sinjifikattiva–Tariffi applikati minn soċjeta għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur li għandha monopolju

      (Artikolu 102 TFUE)

    2. Pożizzjoni dominanti–Abbuż–Kundizzjonijiet ta’ tranżazzjoni inġusta–Evalwazzjoni–Tariffi applikati minn soċjeta għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur–Ipparagunar mat-tariffi applikati fi Stati Membri oħra–Għażla tal-Istati ta’ riferiment–Ipparagunar mar-rati mitluba fi gruppi ta’ utenti speċifiċi–Ammissibbiltà–Kundizzjonijiet

      (Artikolu 102 TFUE)

    3. Pożizzjoni dominanti–Abbuż–Kundizzjonijiet ta’ tranżazzjoni inġusta–Evalwazzjoni–Tariffi applikati minn soċjeta għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur–Ipparagunar mat-tariffi applikati fi Stati Membri oħra–Differenza sinjifikattiva u persistenti bejn ir-rati pparagunati–Indikazzjoni ta’ abbuż–Obbligi probatorji għall-amministrazzjoni kollettiva li tikkontesta l-abbuż

      (Artikolu 102 TFUE)

    4. Kompetizzjoni–Multi–Ammont–Determinazzjoni–Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti–Multa imposta minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni–Kalkolu–Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni

      (Artikolu 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 5 u 23(2))

    5. Pożizzjoni dominanti–Abbuż–Kundizzjonijiet ta’ tranżazzjoni inġusta–Evalwazzjoni–Tariffi applikati minn soċjeta għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur–Ipparagunar mat-tariffi applikati fi Stati Membri oħra–Multa imposta minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni–Ammont–Determinazzjoni

      (Artikolu 102 TFUE)

    1.  Il-kummerċ bejn Stati Membri jista’ jiġi affettwat mil-livell tat-tariffi ffissati minn soċjeta għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur li għandha monopolju u li tamministra wkoll id-drittijiet ta’ detenturi barranin, sabiex ikun jista’ jiġi applikat l-Artikolu 102 TFUE.

      (ara l-punt 30 u d-dispożittiv 1)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 31 sa 51, u d-dispożittiv 2)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 52 sa 61, u d-dispożittiv 3)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 62 sa 71, u d-dispożittiv 4)

    5.  Għall-finijiet ta’ eżami dwar jekk soċjeta għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur tapplikax prezzijiet inġusti fis-sens tal-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE, huwa xieraq li tipparaguna r-rati tagħha ma’ dawk applikabbli fl-Istati ġirien kif ukoll dawk applikabbli fi Stati Membri oħra, korretti permezz tal-indiċi tal-parità tal-kapaċità tal-akkwist, sakemm l-Istati ta’ riferiment kienu ġew magħżula skont kriterji oġġettivi, xierqa u verifikabbli u li l-bażi tal-paraguni affettwati hija konsistenti. Jista’ jsir paragun tar-rati mitluba fi grupp wieħed speċifiku jew iktar ta’ utenti jekk hemm indikazzjonijiet li n-natura eċċessiva tat-tariffi tkopri dawn il-gruppi.

      Id-differenza bejn ir-rati pparagunati għandha tiġi kkunsidrata bħala kunsiderevoli jekk din hija sinjifikattiva u persistenti. Tali differenza tikkostitwixxi indikazzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti u hija s-soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur li hija f’pożizzjoni dominanti li għandha tipprova li l-prezzijiet tagħha huma ġusti billi tibbaża fuq elementi oġġettivi li jaffettwaw l-ispejjeż amministrattivi jew ir-remunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

      Fil-każ fejn il-ksur imsemmi fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE huwa stabbilit, ir-remunerazzjonijiet intiżi għad-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu inklużi, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, fid-dħul mill-bejgħ tas-soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur ikkonċernata, sakemm dawn ir-remunerazzjonijiet jagħmlu parti mill-valur tas-servizzi pprovduti minn din is-soċjetà u li din l-inklużjoni hija neċessarja sabiex tiżgura n-natura effettiva, proporzjonata u dissważiva tas-sanzjoni imposta. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża, jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti.

      (ara d-dispożittivi 2 sa 4)

    Top