Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0152

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2016.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Regolament (KE) Nru 1071/2009 – Regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq – Artikolu 16(1) u (5) – Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq – Assenza ta’ interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn.
    Kawża C-152/16.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2016 ‑ Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu

    (Kawża C‑152/16) ( 1 )

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Regolament (KE) Nru 1071/2009 – Regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq – Artikolu 16(1) u (5) – Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq – Assenza ta’ interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn”

    1. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Deċiżjoni dwar it-tkomplija ta’ jew ir-rinunzja għal rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja–Kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni

    (Artikolu 258 TFUE)

    (ara l-punt 16)

    2. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja–Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni–Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata

    (Artikolu 258 TFUE)

    (ara l-punt 20)

    3. 

    Stati Membri–Obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni–Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern–Inammissibbiltà

    (Artikolu 258 TFUE)

    (ara l-punt 21)

    4. 

    Trasport–Trasport bit-triq–Regolament Nru 1071/2009–Regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ trasportatur bit-triq–Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq–Assenza ta’ kreazzjoni ta’ tali reġistru u ta’ interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn–Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1071/2009, Artikolu 16(1) u (5))

    (ara l-punt 22 u d-dispożittiv)

    Dispożittiv

    1)

    Peress li ma stabbilixxiex reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport tat-triq għal kollox konformi u interkonness mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi imposti fuqu skont l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE.

    2)

    Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    ( 1 ) ĠU C 191, 30.5.2016.

    Top