Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0124

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017.
    Proċeduri kriminali kontra Ianos Tranca et.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Directive 2012/13/UE – Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali – Dritt li tingħata informazzjoni dwar l-akkuża kontra l-persuna – Notifika ta’ digriet kriminali – Modalitajiet – Nomina obbligatorja ta’ mandatarju – Persuna akkużata li ma hijiex residenti u li ma tgħix f’post fiss – Terminu ta’ oppożizzjoni li jibda jiddekorri mill-mument tan-notifika lill-mandatarju.
    Kawżi magħquda C-124/16, C-188/16 u C-213/16.

    Court reports – general

    Kawżi Magħquda C-124/16, C-188/16 u C-213/16

    Proċeduri kriminali

    vs

    Ianos Tranca et

    (talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Amtsgericht München u mill-Landgericht München I)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Directive 2012/13/UE – Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali – Dritt li tingħata informazzjoni dwar l-akkuża kontra l-persuna – Notifika ta’ digriet kriminali – Modalitajiet – Nomina obbligatorja ta’ mandatarju – Persuna akkużata li ma hijiex residenti u li ma tgħix f’post fiss – Terminu ta’ oppożizzjoni li jibda jiddekorri mill-mument tan-notifika lill-mandatarju”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017

    Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali – Direttiva 2012/13 – Dritt li tingħata informazzjoni dwar l-akkuża kontra l-persuna – Portata – Notifika ta’ att li jinvolvi kundanna kriminali – Modalitajiet – Leġizlazzjoni nazzjonali li timponi n-nomina ta’ mandatarju għall-persuni li ma jkunux residenti fl-Istat Membru ta’ oriġini tal-att – Ammissibbiltà – Terminu ta’ oppożizzjoni li jibda jiddekorri mill-mument tan-notifika lill-mandatarju – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2012/13, Artikoli 2, 3(1)(c), u 6(1) u (3))

    L-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1)(c) kif ukoll l-Artikolu 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, tipprevedi li l-persuna mħarrka li ma għandhiex residenza f’dan l-Istat Membru u lanqas ma għandha post fejn tgħix fiss f’dan tal-aħħar jew fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħha hija marbuta li tinnomina mandatarju għall-finijiet li jirċievi n-notifika ta’ digriet kriminali li jikkonċernaha u li t-terminu biex titressaq oppożizzjoni kontra dan id-digriet, qabel ma dan isir eżegwibbli, jibda jiddekorri min-notifika tad-digriet imsemmi lil dan il-mandatarju.

    Madankollu, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 jeżiġi li, fl-eżekuzzjoni tad-digriet kriminali, minn meta l-persuna kkonċernata tkun effettivament ġiet innotifikata b’dan id-digriet, din għandha titpoġġa fl-istess sitwazzjoni li kienet tkun fiha kieku d-deċiżjoni msemmija ġiet innotifikata lilha personalment u, b’mod partikolari, din għandha tibbenefika mit-terminu ta’ oppożizzjoni kollu, jekk ikun il-każ, billi tibbenefika minn reintegrazzjoni fid-drittijiet.

    Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li l-proċedura nazzjonali ta’ reintegrazzjoni fid-drittijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet li huwa suġġett għalihom l-eżerċizzju ta’ din il-proċedura jiġu applikati b’mod konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u li din il-proċedura tippermetti b’hekk l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet li jistabbilixxi l-imsemmi Artikolu 6.

    (ara d-dispożittiv)

    Top