Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0111

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017.
Proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Ikel u għalf immodifikat ġenetikament – Miżuri ta’ emerġenza – Miżura nazzjonali intiża li tipprojbixxi l-koltivazzjoni ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 810 – Żamma jew tiġdid tal-miżura – Regolament (KE) Nru 1829/2003 – Artikolu 34 – Regolament (KE) Nru 178/2002 – Artikoli 53 u 54 – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni – Prinċipju ta’ prekawzjoni.
Kawża C-111/16.

Kawża C‑111/16

Proċeduri kriminali

vs

Giorgio Fidenato et.

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunale di Udine)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Ikel u għalf immodifikat ġenetikament – Miżuri ta’ emerġenza – Miżura nazzjonali intiża li tipprojbixxi l-koltivazzjoni ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 810 – Żamma jew tiġdid tal-miżura – Regolament (KE) Nru 1829/2003 – Artikolu 34 – Regolament (KE) Nru 178/2002 – Artikoli 53 u 54 – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni – Prinċipju ta’ prekawzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet-Ikel u għalf immodifikat ġenetikament-Regolament Nru 1829/2003-Miżuri ta’ emerġenza li jistgħu jiġu adottati sabiex jiġi affrontat riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent-Stat Membru li informa uffiċjalment lill-Kummissjoni dwar in-neċessità li tadotta tali miżuri-Prodott awtorizzat minn dan ir-regolament jew b’mod konformi miegħu li ma jistax, b’mod evidenti, ikun ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent-Obbligu għall-Kummissjoni li tadotta tali miżuri-Assenza

    (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 178/2002, Artikoli 53 u 54(1), u Nru 1829/2003, Artikolu 34)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet-Ikel u għalf immodifikat ġenetikament-Regolament Nru 1829/2003-Teħid ta’ responsabbiltà għal riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent-Evalwazzjoni u ġestjoni li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni u tal-Kunsill taħt l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni-Adozzjoni u implementazzjoni mill-Istati Membri ta’ miżuri ta’ emerġenza fl-assenza ta’ deċiżjoni fuq livell tal-Unjoni-Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali sabiex jevalwaw il-legalità ta’ dawn il-miżuri b’rigward għall-kundizzjonijiet sostantivi previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 u għall-kundizzjonijiet proċedurali previsti fl-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002-Adozzjoni ta’ deċiżjoni fuq livell tal-Unjoni-Natura vinkolanti tal-evalwazzjonijiet ta’ fatt u ta’ liġi li jinsabu f’din id-deċiżjoni għall-korpi kollha tal-Istat Membru destinatarju, inklużi l-qrati tiegħu

    (It-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE u Artikolu 288 TFUE; Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 178/2002, Artikoli 54 u 58, u Nru 1829/2003, Artikolu 34)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet-Ikel u għalf immodifikat ġenetikament-Regolament Nru 1829/2003-Miżuri ta’ emerġenza li jistgħu jiġu adottati sabiex jiġi affrontat riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent-Stat Membru li informa uffiċjalment lill-Kummissjoni dwar in-neċessità li tadotta tali miżuri-Kummissjoni li ma adottatx tali miżuri-Possibbiltà għall-Istat Membru li jadotta tali miżuri fuq livell nazzjonali-Possibbiltà għall-Istat Membru li jżomm jew li jġedded dawn il-miżuri fl-assenza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi l-estensjoni tagħhom, l-emenda tagħhom jew l-abrogazzjoni tagħhom

    (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 178/2002, Artikoli 53 u 54, u Nru 1829/2003, Artikolu 34)

  4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet-Ikel u għalf immodifikat ġenetikament-Regolament Nru 1829/2003-Miżuri ta’ emerġenza li jistgħu jiġu adottati sabiex jiġi affrontat riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent-Possibbiltà għall-Istati Membri li jadottaw tali miżuri fuq il-bażi biss tal-prinċipju ta’ prekwazzjoni, mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonjiet sostantivi previsti fil-Artikolu 34 tar-Regolament-Assenza

    (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 178/2002, Artikoli 7, 53 u 54, u Nru 1829/2003, Artikolu 34)

  1.  L-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, moqri flimkien mal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kummissjoni ma għandhiex l-obbligu tadotta miżuri ta’ emerġenza, fis-sens ta’ dan l-aħħar artikolu, meta Stat Membru jinformaha uffiċjalment, skont l-Artikolu 54(1) ta’ dan l-aħħar regolament, dwar il-ħtieġa li tadotta tali miżuri, meta ma jkunx manifest li prodott awtorizzat mir-Regolament Nru 1829/2003 jew b’mod konformi miegħu, jista’ jkun ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent.

    (ara l-punt 30, u d-dispożittiv 1)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 37‑41)

  3.  L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’, wara li jkun informa uffiċjalment lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li tirrikorri għal miżuri ta’ emerġenza, u meta din ma tkun adottat ebda miżura b’mod konformi mal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, minn naħa, jadotta tali miżuri fuq livell nazzjonali u, min-naħa l-oħra, iżommhom jew iġeddidhom, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat, b’mod konformi mal-Artikolu 54(2) ta’ dan l-aħħar regolament, deċiżjoni li timponi l-estensjoni tagħhom, l-emenda tagħhom jew l-abrogazzjoni tagħhom.

    (ara l-punt 42, u d-dispożittiv 2)

  4.  L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ prekawzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jagħtix lill-Istati Membri l-possibbiltà jadottaw, b’mod konformi mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, miżuri ta’ emerġenza provviżorji biss fuq il-bażi ta’ dan il-prinċipju, mingħajr ma jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet sostantivi previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003.

    Fil-fatt, għalkemm, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 78 tal-konklużjonjiet tiegħu, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002, huwa prinċipju ġenerali tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel, il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa, fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, regola preċiża għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza b’mod konformi mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 53 u 54 tar-Regolament Nru 178/2002. Ċertament, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja indikat fil-punt 71 tas-sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2011, Monsanto et (C‑58/10 sa C‑68/10, EU:C:2011:553), il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament Nru 178/2002 li għalihom hija suġġetta l-adozzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza għandhom jiġu interpretati b’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li jiġi żgurat il-moviment liberu tal-ikel u tal-għalf siguri u bla perikolu, li jikkostitwixxi aspett essenzjali tas-suq intern. Madankollu, dan il-prinċipju ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li d-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 jiġu mwarrba jew mibdula, b’mod partikolari billi jsiru inqas ibsin.

    Barra minn hekk għandu jiġi kkonstatat li, hekk kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 68 tal-konklużjonjiet tiegħu, il-miżuri ta’ emerġenza provviżorji li jistgħu jiġu adottati abbażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-miżuri ta’ emerġenza adottati abbażi tal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 ma humiex suġġetti għall-istess sistema. Fil-fatt, mill-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002 jirriżulta li l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri provviżorji hija suġġetta għall-kundizzjoni li evalwazzjoni tal-informazzjoni disponibbli tidentifika l-possibbiltà ta’ effetti dannużi fuq is-saħħa, iżda li jkun għad hemm inċertezza xjentifika. Għall-kuntrarju, l-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003 jippermetti l-użu ta’ miżuri ta’ emerġenza meta prodott awtorizzat minn dan l-aħħar regolament jista’ b’mod “evidenti” ikun ta’ riskju “serju” għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent.

    (ara l-punti 46‑48, 50, 54, u d-dispożittiv 3)

Top