Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0099

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Mejju 2017.
    Jean-Philippe Lahorgue vs Ordre des avocats du barreau de Lyon et.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Direttiva 77/249/KEE – Artikolu 4 – Eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat – Router ta’ konnessjoni man-netwerk privat virtwali tal-avukati (NPVA) – Router ‘NPVA’ – Rifjut ta’ provvista lil avukat iskritt fil-kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor – Miżura diskriminatorja.
    Kawża C-99/16.

    Court reports – general

    Kawża C‑99/16

    Jean-Philippe Lahorgue

    vs

    Ordre des avocats du barreau de Lyon et

    (talba għal deċiżjoni preliminari,

    imressqa mit-Tribunal de grande instance de Lyon)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Direttiva 77/249/KEE – Artikolu 4 – Eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat – Router ta’ konnessjoni man-netwerk privat virtwali tal-avukati (NPVA) – Router ‘NPVA’ – Rifjut ta’ provvista lil avukat iskritt fil-kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor – Miżura diskriminatorja”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Mejju 2017

    1. Domandi preliminari–Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja–Neċessità li ssir formulazzjoni mill-ġdid tad-domandi

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Libertà li jiġu pprovduti servizzi–Avukati–Direttiva 77/249–Rifjut li jiġi pprovdut router ta’ konnessjoni man-netwerk privat virtwali tal-avukati, maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti lil avukat debitament iskritt ma’ kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor–Restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi–Ġustifikazzjoni minħabba raġunijiet ta’ interess ġenerali–Protezzjoni tad-destinatarji tas-servizzi ġuridiċi u tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja–Verifika mill-qorti nazzjonali–Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

      (Artikolu 56 TFUE u Artikolu 57(3) TFUE; Direttiva tal-Kunsill 77/249, Artikolu 4)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 21)

    2.  Ir-rifjut li jingħata router ta’ konnessjoni man-netwerk privat virtwali tal-avukati, maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti lil avukat debitament iskritt ma’ kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor, għar-raġuni waħda li dan l-avukat ma jkunx iskritt f’kamra tal-avukati fl-ewwel Stat Membru li fih huwa jixtieq jeżerċita l-professjoni tiegħu bħala fornitur liberu ta’ servizzi fil-każ fejn l-obbligu li jipprattika ma’ avukat ieħor ma huwiex impost bil-liġi, jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati, moqri fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE u tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk tali rifjut, fir-rigward tal-kuntest fejn dan ġie kkontestat, jissodisfax verament l-għanijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li jistgħu jiġġustifikawh u jekk ir-restrizzjonijiet li jimponi ma humiex sproporzjonati fir-rigward ta’ dawn l-għanijiet.

      (ara l-punt 42 u d-dispożittiv)

    Top