EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0098

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Tassazzjoni – Moviment liberu tal-kapital – Artikolu 63 TFUE – Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE – Taxxa tas-suċċessjoni – Legat għall-benefiċċju ta’ entitajiet mingħajr skop ta’ lukru – Applikazzjoni ta’ rata preferenzjali għall-organi li jeżistu jew huma legalment ikkostitwiti fil-Greċja kif ukoll għall-organi barranin simili taħt riżerva ta’ reċiproċità – Differenza fit-trattament – Restrizzjoni – Ġustifikazzjoni.
Kawża C-98/16.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – Il‑Kummissjoni vs Il-Greċja

(Kawża C-98/16) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Tassazzjoni – Moviment liberu tal-kapital – Artikolu 63 TFUE – Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE – Taxxa tas-suċċessjoni – Legat għall-benefiċċju ta’ entitajiet mingħajr skop ta’ lukru – Applikazzjoni ta’ rata preferenzjali għall-organi li jeżistu jew huma legalment ikkostitwiti fil-Greċja kif ukoll għall-organi barranin simili taħt riżerva ta’ reċiproċità – Differenza fit-trattament – Restrizzjoni – Ġustifikazzjoni”

Moviment liberu tal-kapital-Restrizzjonijiet-Leġiżlazzjoni fiskali-Taxxa fuq is-suċċessjoni-Legat għall-benefiċċju ta’ entitajiet mingħajr skop ta’ lukru-Dispożizzjoni li tirriżerva l-benefiċċju ta’ rata preferenzjali għall-organi mingħajr skop ta’ lukru fl-Istat Membru kkonċernat kif ukoll għall-organi barranin simili taħt riżerva ta’ reċiproċità-Differenza fit-trattament-Ġustifikazzjonijiet-Assenza

(Artikolu 63 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 40)

(ara l-punti 37, 39-40 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

1) 

Billi adottat u billi żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni li tipprevedi rata preferenzjali tat-taxxa fuq is-suċċessjoni għal-legat għall-benefiċċju ta’ entitajiet mingħajr skop ta’ lukru li huma stabbiliti fi Stati Membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea taħt riżerva ta’ reċiproċità, ir-Repubblika Ellenika naqqset milli twettaq obbligi li jaqgħu fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 63 TFUE u tal-Artikolu 40 tal-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

2) 

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 145, 25.4.2016.

Top