This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CJ0097
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017.
José María Pérez Retamero vs TNT Express Worldwide Spain SL et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2002/15/KE – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Transport bit-triq – Ħaddiem mobbli – Sewwieq li jaħdem għal rasu – Kunċett – Inammissibbiltà.
Kawża C-97/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017.
José María Pérez Retamero vs TNT Express Worldwide Spain SL et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2002/15/KE – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Transport bit-triq – Ħaddiem mobbli – Sewwieq li jaħdem għal rasu – Kunċett – Inammissibbiltà.
Kawża C-97/16.
Court reports – general
Kawża C-97/16
José María Pérez Retamero
vs
TNT Express Worldwide Spain S.L. et
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2002/15/KE – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Transport bit-triq – Ħaddiem mobbli – Sewwieq li jaħdem għal rasu – Kunċett – Inammissibbiltà”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Talba għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni manifestament inapplikabbli fit-tilwima fil-kawża prinċipali – Inapplikabbiltà tad-Direttiva 2002/15 f’tilwima relattiva għal rikors għal kontestazzjoni ta’ tkeċċija – Inammissibbiltà
(Artikolu 267 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill 2002/15, Artikoli 1 u 3)
It-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona (qorti tax-xogħol ta’ Barcelona, Spanja) hija inammissibbli.
Għalhekk, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li r-rifjut ta’ domanda magħmula minn qorti nazzjonali jista’ b’mod partikolari jiġi ġġustifikat jekk huwa manifest li d-dritt tal-Unjoni ma japplikax, la direttament u lanqas indirettament, għaċ-ċirkustanzi tal-kawża (sentenza tas-7 ta’ Lulju 2011, Agafiţei et, C-310/10, EU:C:2011:467, punt 28).
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/15 jirriżulta li din għandha l-għan li tistabbilixxi l-ħtiġijiet minimi b’relazzjoni mal-organizzazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol, sabiex tittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-persuni li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, kif ukoll biex tittejjeb is-sigurtà tat-triq u biex jiġu approssimati iktar il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni. Min-naħa l-oħra, konformement mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/15, id-definizzjonijiet stabbiliti minnha huma stabbiliti “għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva”. B’hekk, l-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ “ħaddiem mobbli” u ta’ “ħaddiem li jaħdem għal rasu”, iddefiniti fl-Artikolu 3(d) u (e) ta’ din id-direttiva, ma tistax taqbeż il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva msemmija.
Issa, għandu jiġi kkonstatat li t-tilwima fil-kawża prinċipali, li tirrigwarda rikors għall-kontestazzjoni ta’ tkeċċija, ma tirrigwardax kwistjoni relattiva għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, iżda l-punt jekk il-persuna kkonċernata għandhiex tiġi kkwalifikata bħala “ħaddiem mobbli” u b’hekk bħala impjegat għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-liġi tax-xogħol nazzjonali u, b’mod iktar partikolari, tal-liġijiet dwar it-tkeċċija mix-xogħol.
Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li tilwima bħal dik fil-kawża prinċipali ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15 u li konsegwentement, il-kunċetti li jinsabu fl-Artikolu 3(d) u (e) ta’ din id-direttiva ma jistgħux japplikaw għal din it-tilwima.
(ara l-punti 23, 25-28, 30 u d-dispożittiv)