This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CJ0073
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Settembru 2017.
Peter Puškár vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky u Kriminálny úrad finančnej správy.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8 u 47 – Direttiva 95/46/KE – Artikoli 1, 7 u 13 – Ipproċessar ta’ data personali – Artikolu 4(3) TUE – Stabbiliment ta’ lista ta’ data personali – Suġġett – Ġbir tat-taxxa – Ġlieda kontra l-frodi fiskali – Stħarriġ ġudizzjarju – Protezzjoni tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali – Issuġġettar ta’ azzjoni ġudizzjarja għal rekwiżit ta’ ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Ammissibbiltà tal-imsemmija lista bħala prova – Kundizzjonijiet ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali – Eżekuzzjoni ta’ funzjoni ta’ interess pubbliku tal-persuna responsabbli mill-ipproċessar.
Kawża C-73/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Settembru 2017.
Peter Puškár vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky u Kriminálny úrad finančnej správy.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8 u 47 – Direttiva 95/46/KE – Artikoli 1, 7 u 13 – Ipproċessar ta’ data personali – Artikolu 4(3) TUE – Stabbiliment ta’ lista ta’ data personali – Suġġett – Ġbir tat-taxxa – Ġlieda kontra l-frodi fiskali – Stħarriġ ġudizzjarju – Protezzjoni tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali – Issuġġettar ta’ azzjoni ġudizzjarja għal rekwiżit ta’ ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Ammissibbiltà tal-imsemmija lista bħala prova – Kundizzjonijiet ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali – Eżekuzzjoni ta’ funzjoni ta’ interess pubbliku tal-persuna responsabbli mill-ipproċessar.
Kawża C-73/16.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
Kawża C‑73/16
Peter Puškár
vs
Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky
u
Kriminálny úrad finančnej správy
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8 u 47 – Direttiva 95/46/KE – Artikoli 1, 7 u 13 – Ipproċessar ta’ data personali – Artikolu 4(3) TUE – Stabbiliment ta’ lista ta’ data personali – Suġġett – Ġbir tat-taxxa – Ġlieda kontra l-frodi fiskali – Stħarriġ ġudizzjarju – Protezzjoni tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali – Issuġġettar ta’ azzjoni ġudizzjarja għal rekwiżit ta’ ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Ammissibbiltà tal-imsemmija lista bħala prova – Kundizzjonijiet ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali – Eżekuzzjoni ta’ funzjoni ta’ interess pubbliku tal-persuna responsabbli mill-ipproċessar”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Settembru 2017
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet-Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali-Direttiva 95/46-Kamp ta’ applikazzjoni-Derogi-Ipproċessar ta’ data personali dwar sigurtà pubblika, difiża, sigurtà tal-Istat u l-attivitajiet tal-Istat fl-oqsma tad-dritt kriminali-Interpretazzjoni stretta
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46, Artikolu 3(2))
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet-Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali-Direttiva 95/46-Kamp ta’ applikazzjoni-Kunċett ta’ ipproċessar ta’ data personali-Ipproċessar ta’ data personali għal għanijiet fiskali-Inklużjoni
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46, Artikoli 2(a) u (b), u 13(1))
Drittijiet fundamentali-Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva-Dritt għal rimedju effettiv-Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ azzjoni ġudizzjarja, minn persuna li qed tallega li sar ksur tad-dritt tagħha ta’ protezzjoni tad-data, għall-eżawriment minn qabel tar-rimedji amministrattivi disponibbli-Ammissibbiltà-Kundizzjonijiet-Modalitajiet tal-eżerċizzju tal-imsemmija rimedji li ma jaffettwawx b’mod sproporzjonat id-dritt għal rimedju effettiv
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46)
Drittijiet fundamentali-Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva-Dritt għal rimedju effettiv-Lista li tinkludi data personali u ppreżentata bħala mezz ta’ prova ta’ ksur tal-protezzjoni tad-data personali-Ċaħda tal-imsemmija lista bħala mezz ta’ prova ta’ tali ksur minħabba l-kisba, mill-persuna kkonċernata, ta’ din il-lista mingħajr il-kunsens, legalment meħtieġ, tal-persuna responsabbli mill-ipproċessar tad-data-Inammissibbiltà-Eċċezzjonijiet-Ċaħda prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li tirrispetta l-kontenut essenzjali tad-dritt għal rimedju effettiv u l-prinċipju ta’ proporzjonalità
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46, Artikoli 10 sa 12)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet-Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali-Direttiva 95/46-Kundizzjonijiet ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali-Prinċipji dwar il-leġitimazzjoni tal-ipproċessar tad-data-Ipproċessar meħtieġ biex issir ħidma fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika-Stabbiliment għall-finijiet ta’ ġbir tat-taxxa u tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali, ta’ lista ta’ persuni mingħajr il-kunsens tal-persuni kkonċernati-Ammissibbiltà-Kundizzjonijiet-Awtoritajiet li stabbilixxew il-lista li ġew investiti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’funzjonijiet ta’ interess pubbliku-Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità-Eżistenza ta’ indikazzjonijiet suffiċjenti sabiex wieħed jippreżumi l-validità tal-inklużjoni tal-persuni kkonċernati fuq il-lista-Osservanza tal-kundizzjonijiet kollha ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali imposti mid-direttiva
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46, Artikolu 7(e))
Sakemm tirrendi inapplikabbli s-sistema ta’ protezzjoni ta’ data personali prevista fid-Direttiva 95/46 u għalhekk tiddevja mill-għan sottostanti tagħha, li tikkonsisti li tiżgura l-protezzjoni tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva għandha tiġi interpretata b’mod strett.
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-attivitajiet imsemmija bħala eżempji mill-imsemmija dispożizzjoni, fi kwalunkwe każ, huma marbuta ma’ attivitajiet li huma speċifiċi għall-Istati jew għall-awtoritajiet Statali, li ma humiex marbuta mal-oqsma ta’ attività tal-individwi (ara s-sentenzi tas-6 ta’ Novembru 2003, Lindqvist, C‑101/01, EU:C:2003:596, punt 43, kif ukoll tas-16 ta’ Diċembru 2008, Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia, C‑73/07, EU:C:2008:727, punt 41).
Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat ukoll li l-attivitajiet imsemmija bħala eżempji fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 huma intiżi sabiex jiddefinixxu l-portata tal-eċċezzjoni prevista f’dan l-inċiż, b’tali mod li din l-eċċezzjoni tapplika biss għall-attivitajiet li jissemmew espressament f’dan l-inċiż jew li jistgħu jiġu kklassifikati fl-istess kategorija (ara s-sentenza tas-6 ta’ Novembru 2003, Lindqvist, C‑101/01, EU:C:2003:596, punt 44).
(ara l-punti 36-38)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 34, 41-44)
L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ azzjoni ġudizzjarja minn persuna li qed tallega li sar ksur tad-dritt tagħha tal-protezzjoni tad-data personali ggarantit mid-Direttiva 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għall-eżawriment minn qabel tar-rimedji amministrattivi disponibbli, quddiem l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali, bil-kundizzjoni li l-modalitajiet konkreti għall-eżerċizzju tal-imsemmija rimedji ma jaffettwawx b’mod sproporzjonat id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti koperta minn din id-dispożizzjoni. Huwa importanti, b’mod partikolari, li l-eżawriment minn qabel tar-rimedji disponibbli quddiem l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali ma joħloqx dewmien sostanzjali għall-preżentata ta’ azzjoni ġudizzjarja, li ma joħloqx is-sospensjoni tal-perijodu ta’ preskrizzjoni tad-drittijiet ikkonċernati u li ma joħloqx spejjeż eċċessivi.
(ara l-punt 76 u d-dispożittiv 1)
L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti nazzjonali tiċħad, bħala prova ta’ ksur tal-protezzjoni tad-data personali mogħti mid-Direttiva 95/46, lista, bħal-lista kontenzjuża, ippreżentata mill-persuna kkonċernata u li fiha data personali ta’ din tal-aħħar, fl-ipoteżi fejn din il-persuna kienet kisbet din il-lista mingħajr il-kunsens, legalment meħtieġ, tal-persuna responsabbli mill-ipproċessar ta’ din id-data, sakemm tali ċaħda ma hijiex prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li hija tirrispetta l-kontenut essenzjali tad-dritt ta’ rimedju effettiv u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.
Għalhekk, sabiex tevalwa l-proporzjonalità ta’ ċaħda tal-lista kontenzjuża bħala prova, il-qorti tar-rinviju għandha teżamina jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha tillimita jew le, permezz tad-data li tidher fuq din il-lista, id-drittijiet ta’ informazzjoni u ta’ aċċess iddikjarati fl-Artikoli 10 sa 12 tad-Direttiva 95/46 u jekk tali limitazzjoni hija, skont il-każ, iġġustifikata. Barra minn hekk, anki meta dan huwa l-każ u li jeżistu elementi li jargumentaw favur l-interess leġittimu tal-kunfidenzjalità possibbli tal-lista inkwistjoni, il-qrati nazzjonali għandhom jivverifikaw każ b’każ jekk dawn jipprevalixxu fuq l-interess tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwu u jekk jeżistux fil-kuntest tal-proċedura quddiem din il-qorti, mezzi oħra sabiex jiżguraw din il-kunfidenzjalità, b’mod partikolari fir-rigward tad-data personali tal-persuni fiżiċi oħra li jidhru fuq din il-lista.
(ara l-punti 97 u 98, u d-dispożittiv 2)
L-Artikolu 7(e) tad-Direttiva 95/46 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxa u għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali bħal dak li ġie implementat bl-istabbiliment ta’ lista ta’ persuni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mingħajr il-kunsens tal-persuni kkonċernati, bil-kundizzjoni, minn naħa, li dawn l-awtoritajiet kienu ġew assenjati lilhom mil-leġiżlazzjoni nazzjonali kompiti ta’ interess pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-istabbiliment ta’ din il-lista u l-inklużjoni fuqha tal-isem tal-persuni kkonċernati huma effettivament xierqa u neċessarji għall-finijiet tat-twettiq tal-għanijiet segwiti u li jeżistu indikazzjonijiet suffiċjenti sabiex wieħed jippreżumi li l-persuni kkonċernati ġustament jidhru fuq din il-lista u, min-naħa l-oħra, li l-kundizzjonijiet kollha tal-legalità ta’ dan l-ipproċessar ta’ data personali imposti bid-Direttiva 95/46 huma ssodisfatti.
(ara l-punt 117 u d-dispożittiv 3)