This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CJ0054
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017.
Vinyls Italia SpA, en faillite vs Mediterranea di Navigazione SpA.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament (KE) Nru 1346/2000 – Artikoli 4 u 13 – Atti detrimentali għall-massa tal-kredituri – Ċirkustanzi li fihom l-att inkwistjoni jista’ jiġi kkontestat – Att suġġett għal-liġi ta’ Stat Membru differenti mill-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri – Att li ma jistax jiġi kkontestat abbażi ta’ din il-liġi – Regolament (KE) Nru 593/2008 – Artikolu 3(3) – Liġi magħżula mill-partijiet – Fejn ikunu jinsabu l-elementi kollha tas-sitwazzjoni kkonċernata fl-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri – Effett.
Kawża C-54/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017.
Vinyls Italia SpA, en faillite vs Mediterranea di Navigazione SpA.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament (KE) Nru 1346/2000 – Artikoli 4 u 13 – Atti detrimentali għall-massa tal-kredituri – Ċirkustanzi li fihom l-att inkwistjoni jista’ jiġi kkontestat – Att suġġett għal-liġi ta’ Stat Membru differenti mill-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri – Att li ma jistax jiġi kkontestat abbażi ta’ din il-liġi – Regolament (KE) Nru 593/2008 – Artikolu 3(3) – Liġi magħżula mill-partijiet – Fejn ikunu jinsabu l-elementi kollha tas-sitwazzjoni kkonċernata fl-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri – Effett.
Kawża C-54/16.
Court reports – general
Kawża C‑54/16
Vinyls Italia SpA
vs
Mediterranea di Navigazione SpA
(talba għal deċiżjoni preliminari,
imressqa mit-Tribunale Ordinario di Venezia)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament (KE) Nru 1346/2000 – Artikoli 4 u 13 – Atti detrimentali għall-massa tal-kredituri – Ċirkustanzi li fihom l-att inkwistjoni jista’ jiġi kkontestat – Att suġġett għal-liġi ta’ Stat Membru differenti mill-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri – Att li ma jistax jiġi kkontestat abbażi ta’ din il-liġi – Regolament (KE) Nru 593/2008 – Artikolu 3(3) – Liġi magħżula mill-partijiet – Fejn ikunu jinsabu l-elementi kollha tas-sitwazzjoni kkonċernata fl-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri – Effett”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Proċeduri ta’ insolvenza–Regolament Nru 1346/2000–Atti detrimentali–Liġi applikabbli–Eċċezzjoni għar-regola ġenerali li tiġi applikata l-lex fori concursus–Modalitajiet proċedurali–Applikazzjoni tad-dritt proċedurali tal-Istat Membru tal-qorti adita bl-azzjoni revokatorja–Kundizzjoni–Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività
(Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 13)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Proċeduri ta’ insolvenza–Regolament Nru 1346/2000–Atti detrimentali–Liġi applikabbli–Eċċezzjoni għar-regola ġenerali li tiġi applikata l-lex fori concursus–Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni–Att li ma jistax jiġi kkontestat abbażi tal-lex causae–Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-konvenut fl-azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, għal annullament jew għal nuqqas ta’ infurzabbiltà–Obbligu li tiġi invokata l-assenza ta’ ċirkustanzi li jippermettu li jiġi kkontestat l-att inkwisjtoni u li tiġi prodotta l-prova ta’ dan
(Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 13)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Proċeduri ta’ insolvenza–Regolament Nru 1346/2000–Atti detrimentali–Liġi applikabbli–Eċċezzjoni għar-regola ġenerali li tiġi applikata l-lex fori concursus–Kamp ta’ applikazzjoni–Liġi applikabbli għal kuntratt, magħżula mill-partijiet, li hija l-liġi ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru ta’ fejn ikunu jinsabu l-elementi l-oħra kollha tas-sitwazzjoni–Inklużjoni–Nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 593/2008
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 593/2008, Artikolu 3(3); Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 13)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Proċeduri ta’ insolvenza–Regolament Nru 1346/2000–Atti detrimentali–Liġi applikabbli–Eċċezzjoni għar-regola ġenerali li tiġi applikata l-lex fori concursus–Kamp ta’ applikazzjoni–Liġi applikabbli għal kuntratt, magħżula mill-partijiet, li hija l-liġi ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru ta’ fejn ikunu jinsabu l-elementi kollha rilevanti tas-sitwazzjoni–Inklużjoni–Eċċezzjoni–Għażla abbużiva jew frawdolenti tal-liġi applikabbli–Verifika li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali
(Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 13)
L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-forma u t-terminu li fihom il-benefiċjarju ta’ att detrimentali għall-massa tal-kredituri għandu jqajjem eċċezzjoni skont dan l-artikolu, sabiex jikkontesta azzjoni għar-revoka ta’ dan l-att skont id-dispożizzjonijiet tal-lex fori concursus, kif ukoll il-kwistjoni jekk dan l-artikolu jistax jiġi applikat ukoll ex officio mill-qorti li jkollha ġurisdizzjoni, jekk ikun il-każ wara l-iskadenza tat-terminu mogħti lill-parti kkonċernata, jaqgħu taħt id-dritt proċedurali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun pendenti t-tilwima. Madankollu, dan id-dritt ma għandux ikun inqas favorevoli minn dak li jirregola sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern (prinċipju ta’ ekwivalenza) u ma għandux jirrendi impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività), ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
(ara l-punt 33 u d-dispożittiv 1)
L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-parti li fuqha jaqa’ l-oneru tal-prova għandha tipprova li, meta l-lex causae tippermetti li jiġi kkontestat att li jitqies li huwa detrimentali, il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex rikors ippreżentat kontra dan l-att ikun jista’ jintlaqa’, li huma differenti minn dawk previsti mil-lex fori concursus, ma humiex issodisfatti konkretament.
(ara l-punt 39 u d-dispożittiv 2)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 48 sa 50)
L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 jista’ jiġi invokat validament meta l-partijiet f’kuntratt, li jkollhom is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru, li fit-territorju tiegħu jinsabu wkoll l-elementi rilevanti l-oħra kollha tas-sitwazzjoni kkonċernata, ikunu għażlu, bħala l-liġi applikabbli għal dan il-kuntratt, dik ta’ Stat Membru ieħor, bil-kundizzjoni li dawn il-partijiet ma jkunux għażlu din il-liġi b’mod frawdolenti jew abbużiv, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
(ara l-punt 56 u d-dispożittiv 3)