Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0024

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Settembru 2017.
    Nintendo Co. Ltd vs BigBen Interactive GmbH u BigBen Interactive SA.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Regolament (KE) Nru°6/2002 – Artikolu 20(1)(ċ), Artikolu 79(1), kif ukoll Artikoli 82, 83, 88 u 89 – Azzjoni għal vjolazzjoni – Limitazzjoni tad-drittijiet mogħtija mid-disinn Komunitarju – Kunċett ta’ ‘ċitazzjoni’ – Regolament (KE) Nru°44/2001 – Punt 1 tal-Artikolu 6 – Ġurisdizzjoni fir-rigward tal-konvenut konġunt iddomiċiljat barra mill-Istat Membru tal-forum – Portata territorjali tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tad-disinn Komunitarju – Regolament (KE) Nru°864/2007 – Artikolu 8(2) – Liġi applikabbli għat-talbiet intiżi għall-adozzjoni ta’ digrieti dwar sanzjonijiet u miżuri oħra.
    Kawżi magħquda C-24/16 u C-25/16.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Kawżi magħquda C-24/16 u C-25/16

    Nintendo Co. Ltd

    vs

    BigBen Interactive GmbH
    u
    BigBen Interactive SA

    (talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Regolament (KE) Nru°6/2002 – Artikolu 20(1)(ċ), Artikolu 79(1), kif ukoll Artikoli 82, 83, 88 u 89 – Azzjoni għal vjolazzjoni – Limitazzjoni tad-drittijiet mogħtija mid-disinn Komunitarju – Kunċett ta’ ‘ċitazzjoni’ – Regolament (KE) Nru°44/2001 – Punt 1 tal-Artikolu 6 – Ġurisdizzjoni fir-rigward tal-konvenut konġunt iddomiċiljat barra mill-Istat Membru tal-forum – Portata territorjali tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tad-disinn Komunitarju – Regolament (KE) Nru°864/2007 – Artikolu 8(2) – Liġi applikabbli għat-talbiet intiżi għall-adozzjoni ta’ digrieti dwar sanzjonijiet u miżuri oħra”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Settembru 2017

    1. Disinni Komunitarji–Ġurisdizzjoni u proċedura għal azzjonijiet ġudizzjarji–Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-vjolazzjoni u tal-invalidità–Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-konvenut–Numru ta’ konvenuti–Applikabbiltà tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001

      (Regolamenti tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1), u Nru 6/2002, Artikolu 79)

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali–Regolament Nru 44/2001–Ġurisdizzjoni speċjali–Numru ta’ konvenuti–Ġurisdizzjoni tal-qorti ta’ wieħed mill-konvenuti konġunti–Interpretazzjoni stretta–Kundizzjoni–Rabta ta’ konnessjoni–Kunċett ta’ konnessjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1))

    3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali–Regolament Nru 44/2001–Ġurisdizzjoni speċjali–Numru ta’ konvenuti–Azzjoni għal vjolazzjoni ta’ disinn Komunitarju intiża kontra diversi konvenuti ddomiċiljati fi Stati Membri differenti–Rabta ta’ konnessjoni–Applikazzjoni lill-konvenuti konġunti ta’ dispożizzjonijiet ta’ drittijiet nazzjonali differenti–Assenza ta’ effett

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1))

    4. Disinni Komunitarji–Azzjoni għal vjolazzjoni–Sanzjonijiet–Portata territorjali–Kriterji–Ġurisdizzjoni territorjali tal-qorti tad-disinn Komunitarju–Portata territorjali tad-dritt tal-proprjetarju ta’ disinn Komunitarju

      (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 89)

    5. Disinni Komunitarji–Azzjoni għal vjolazzjoni–Sanzjonijiet–Ġurisdizzjoni internazzjonali ta’ qorti bbażata, fir-rigward ta’ konvenut, fuq l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001–Possibbbiltà li jiġu adottati, fir-rigward tal-imsemmi konvenut, miżuri previsti mir-Regoalment Nru 6/2002–Kundizzjonijiet

      (Regolamenti tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1) u Nru 6/2002, Artikolu 79(1), 3, 82(1), 88(2) u 89(1))

    6. Disinni Komunitarji–Limitazzjoni tad-drittijiet mogħtija mid-disinn Komunitarju–Atti ta’ riproduzzjoni għall-finijiet ta’ ċitazzjoni–Kunċett ta’ “ċitazzjoni”–Użu ta’ immaġni ta’ prodotti li jikkorrispondu ma’ disinni Komunitarji waqt il-bejgħ legali ta’ prodotti intiżi li jintużaw bħala aċċessorji ta’ prodotti speċifiċi tal-proprjetarju tad-drittijiet mogħtija minn dawn id-disinni–Inklużjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 20(1)(c))

    7. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali–Regolament Nru 864/2007–Obbligi li jirriżultaw minn ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali ta’ natura unitarja–Kunċett ta’ “pajjiż li fih ikun twettaq ksur ta’ dan id-dritt”–Bejgħ ta’ prodotti bi ksur tad-drittijiet ikkonferiti minn disinni Komunitarji fuq sit tal-internet–Pajjiż tal-post fejn ġie attivat il-proċess ta’ tqegħid tal-offerta għall-bejgħ fuq l-internet

      (Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill Nru 864/2007, Artikolu 8(2))

    8. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali–Regolament Nru 864/2007–Obbligi li jirriżultaw minn ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali Komunitarja ta’ natura unitarja–Kunċett ta’ “pajjiż li fih ikun twettaq ksur ta’ dan id-dritt”–Pajjiż fejn seħħ l-avveniment li ta lok għad-dannu–Atti ta’ vjolazzjoni mwettqa fi Stati Membri differenti–Kriterji ta’ identifikazzjoni tal-avveniment li ta lok għad-dannu

      (Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill Nru 864/2007, Artikolu 8(2))

    1.  Skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament Nru°6/2002, bla ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji ta’ dan ir-regolament, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001 huma applikabbli għall-proċeduri dwar disinni Komunitarji. F’dan ir-rigward, il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu 79 jelenka d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001 li ma humiex applikabbli għall-proċeduri li jirriżultaw minn kawżi u talbiet li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 81 tar-Regolament Nru 6/2002. Il-punt 1 tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 44/2001 ma huwiex fost id-dispożizzjonijiet elenkati fl-imsemmi paragrafu 3 tal-Artikolu 79. Qorti tad-disinni Komunitarji, bħall-qorti tar-rinviju fil-kawżi prinċipali, tista’ għalhekk, skont din id-dispożizzjoni u bla ħsara għall-fatt li l-kundizzjonijiet li hija tipprevedi jkunu ssodisfatti, ikollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni li tkun tressqet kontra konvenut li ma huwiex iddomiċiljat fl-Istat Membru fejn tinsab din il-qorti.

      (ara l-punti 43, 44)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 45)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 49)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 53, 54)

    5.  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji, moqri flimkien mal-punt 1 tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, fejn il-ġurisdizzjoni internazzjonali ta’ qorti tad-disinni Komunitarji li quddiemha tkun tressqet azzjoni għal vjolazzjoni tkun ibbażata, fir-rigward tal-ewwel konvenut, fuq l-Artikolu 82(1) tar-Regolament Nru 6/2002 u, fir-rigward tat-tieni konvenut stabbilit fi Stat Membru ieħor, fuq il-punt 1 tal-Artikolu 6, moqri flimkien mal-Artikolu 79(1) tar-Regolament Nru 6/2002, minħabba li dan it-tieni konvenut jimmanifattura u jikkunsinna lill-ewwel konvenut il-prodotti li dan tal-aħħar jikkummerċjalizza, din il-qorti tista’, fuq talba tar-rikorrent, tadotta digrieti fir-rigward tat-tieni konvenut dwar il-miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 89(1) u l-Artikolu 88(2) tar-Regolament Nru 6/2002, u li jkopru wkoll l-aġir ta’ dan it-tieni konvenut għajr dak marbut mal-katina ta’ provvista msemmija iktar ’il fuq u li għandhom portata li testendi għat-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea.

      (ara l-punt 67 u d-dispożittiv 1)

    6.  L-Artikolu 20(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li terz li, mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tad-drittijiet mogħtija minn disinn Komunitarju, juża, inkluż permezz tas-sit internet tiegħu, l-immaġnijiet tal-prodotti li jikkorrispondu għal tali disinni, meta jbigħ legalment prodotti intiżi li jintużaw bħala aċċessorji tal-prodotti speċifiċi tal-proprjetarju tad-drittijiet mogħtija minn dawn id-disinni, sabiex jiġi spjegat jew jintwera l-użu konġunt tal-prodotti hekk offerti għall-bejgħ u tal-prodotti speċifiċi tal-propjretarju tal-imsemmija drittijiet, iwettaq att ta’ riproduzzjoni għal finijiet ta’ “ċitazzjoni” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 20(1)(ċ), dan l-att huwa għalhekk awtorizzat taħt din id-dispożizzjoni sa fejn josserva l-kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti hemmhekk, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

      (ara l-punt 86 u d-dispożittiv 2)

    7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 107, 108)

    8.  L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “pajjiż fejn ikun seħħ il-ksur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ikopri l-pajjiż fejn ikun seħħ il-fatt li ta lok għad-dannu. F’ċirkustanzi fejn l-istess konvenut ikun akkużat bit-twettiq ta’ diversi atti ta’ vjolazzjoni fi Stati Membri differenti, hemm lok, sabiex jiġi identifikat il-fatt li ta lok għad-dannu, mhux li jsir riferiment għal kull att ta’ vjolazzjoni allegat, iżda li jiġi evalwat, b’mod globali, l-aġir tal-imsemmi konvenut, sabiex jiġi ddeterminat il-post li ta lok għall-aġir allegat, fejn twettaq jew fejn hemm riskju li jitwettaq l-att ta’ vjolazzjoni inizjali.

      (ara l-punt 111 u d-dispożittiv 3)

    Top