EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TO0629

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2016.
Hako GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SCRUBMASTER – Raġuni assoluta għal rifjut – Natura desktittiva – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rikors manifestament infondat fid-dritt.
Kawża T-629/15.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba ’ Awla) tas-17 ta ’ Ġunju 2016 – Hako vs EUIPO (SCRUBMASTER)

(Kawża T‑629/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SCRUBMASTER — Raġuni assoluta għal rifjut — Natura desktittiva — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal — Kriterji [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)] (ara l-punti 14, 15)

2. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kunċett — Neoloġiżmu magħmul minn elementi deskrittivi tal-prodotti jew is-servizzi kkonċernati — Inklużjoni fl-assenza tan-natura inabitwali tal-kombinazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)] (ara l-punt 16)

3. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Trade mark verbali SCRUBMASTER [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)] (ara l-punti 21, 22, 37, 46)

4. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Evalwazzjoni mill-Uffiċċju tal-karattru reġistrabbli — Produzzjoni tal-provi — Assenza ta’ neċessità [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c] (ara l-punt 29)

5. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punti 35, 36)

6. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal — Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew pajjiżi terzi — Deċiżjonijiet li ma jorbtux l-istanzi tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 42)

7. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tar-raġunijiet indikati fl-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)( b) u (c)] (ara l-punt 45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2197/2014‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali verbal SCRUBMASTER bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Hako Gmbh hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top