Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TO0551

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ April 2016.
    Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Rikors għal annullament – FAEG u FAEŻR – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Tardività – Inammissibbiltà.
    Kawża T-551/15.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta ’ April 2016 – Il‑Portugall vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T‑551/15)

    “Rikors għal annullament — FAEG u FAEŻR — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Tardività — Inammissibbiltà”

    1. 

    Rikors għal annullament — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Bidu tad-dekorrenza — Notifika — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi mill-finanzjament mill-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-FAEG, skont il-FAEG u skont il-FAEŻR — Pubblikazzjoni sussegwenti tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali — Assenza ta’ effett (Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE) (ara l-punti 20-23, 25-28, 31-33, 36-38, 40)

    2. 

    Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Notifika — Kunċett (Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE) (ara l-punt 24)

    3. 

    Atti tal-istituzzjonijiet — Obbligu ġenerali li d-destinatarji jiġu informati dwar ir-rimedji ġudizzjarji u t-termini — Assenza (Ir-raba’ u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE) (ara l-punt 39)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39), sa fejn din teskludi ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika Portugiża.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2) 

    Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    Top