Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TJ0567

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016.
    Monster Energy Company vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta kwadru iswed b’erba’ strixxi bojod – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta tliet dwiefer ippożizzjonati vertikalment – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
    Kawża T-567/15.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-14 ta ’ Lulju 2016 – Monster Energy vs EUIPO – Mad Catz Interactive (Rappreżentazzjon ta ’ kwadru iswed b’erba ’ strixxi bojod)

    (Kawża T‑567/15)

    “Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta kwadru iswed b’erba’ strixxi bojod — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta tliet dwiefer ippożizzjonati vertikalment — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

    1. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 17, 18, 35)

    2. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta kwadru iswed b’erba’ strixxi bojod — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta tliet dwiefer ippożizzjonati vertikalment [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 19-22, 34, 54)

    3. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punt 23)

    4. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv għoli tat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 36, 39, 40)

    5. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)] (ara l-punt 58)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2368/2014‑5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Mad Catz Interactive.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top