Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TJ0370

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tal-5 ta’ Ottubru 2016.
    CJ vs Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard.
    Appell – Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratti għal żmien determinat – Xoljiment – Terminazzjoni tar-rabta ta’ fiduċja – Dritt għal smigħ.
    Kawża T-370/15 P.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    mamostecjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tal-5 ta ’ Ottubru 2016 – CJ vs ECDC

    (Kawża T‑370/15 P)

    “Appell — Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Kuntratti għal żmien determinat — Xoljiment — Terminazzjoni tar-rabta ta’ fiduċja — Dritt għal smigħ”

    1. 

    Uffiċjali — Membri tal-persunal temporanju u membri tal-persunal bil-kuntratt — Xoljiment bikri tal-kuntratt għal żmien determinat b’avviż tat-temm ta’ impjieg — Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni — Obbligu li jinbdew proċeduri dixxiplinari — Assenza (Kondizzjonijiet tal-impjiegapplikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikoli 47(b) u 49(1)) (ara l-punt 68)

    2. 

    Uffiċjali — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Obbligu li tinstema’ l-parti interessata qabel l-adozzjoni ta’ att li jikkawża preġudizzju — Portata (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Regolamenti tal-Persunal, Anness IX, Artikolu 1(1)) (ara l-punti 87 u 88)

    3. 

    Rikorsi tal-uffiċjali — Suġġett — Ordni indirizzata lill-amministrazzjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 266 TFUE ; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91) (ara l-punt 109)

    4. 

    Uffiċjali — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Xoljiment bikri tal-kuntratt għal żmien determinat b’avviż tat-temm ta’ impjieg — Ġustifikazzjoni bbażata fuq terminazzjoni tar-rabta ta’ fiduċja — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 47(b)(ii)) (ara l-punt 165)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ April 2015, CJ vs ECDC (F‑159/12 u F‑161/12, EU:F:2015:38), intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    1) 

    L-Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-29 ta’ April 2015, CJ vs ECDC (F‑159/12 u F‑161/12, EU:F:2015:38), huwa miċħud sa fejn jirrigwarda l-Kawża F‑159/12.

    2) 

    CJ għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) fil-kuntest ta’ din l-istanza, sa fejn huma relatati mal-Kawża F‑159/12.

    3) 

    Il-punti 3 u 5 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-29 ta’ April 2015, CJ vs ECDC (F‑159/12 u F‑161/12, EU:F:2015:38), huma annullati.

    4) 

    Din il-kawża, sa fejn tikkonċerna l-Kawża F‑161/12, għandha tintbagħat quddiem awla oħra minn dik li ddeċidiet fuq dan l-appell.

    5) 

    L-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura huma rriżervati sa fejn jirrigwardaw il-Kawża F‑161/12.

    Top