Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TJ0339

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ April 2018.
    Polski Koncern Naftowy Orlen SA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade marks tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea – Forma ta’ pompa tal-petrol – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Atti li jilqgħu b’mod sħiħ it-talbiet tar-rikorrenti – Deċiżjoni tar-rinviju tal-Bord tal-Appell – Natura vinkolanti tal-motivi ta’ deċiżjoni tar-rinviju – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni.
    Kawżi T-339/15 sa T-343/15.

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ April 2018 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs EUIPO (Forma ta’ pompa tal-petrol)

    (Kawżi T‑339/15 sa T‑343/15)

    “Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade marks tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea – Forma ta’ pompa tal-petrol – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Atti li jilqgħu b’mod sħiħ it-talbiet tar-rikorrenti – Deċiżjoni tar-rinviju tal-Bord tal-Appell – Natura vinkolanti tal-motivi ta’ deċiżjoni tar-rinviju – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni”

    1. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Proċedura għat-tressiq ta’ kawża–Persuni li jistgħu jippreżentaw rikors u jkunu parti fil-kawża–Persuni li t-talbiet tagħhom ma jintlaqgħux permezz ta’ deċiżjoni–Deċiżjoni li tilqa’ oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark, ibbażata fuq l-eżistenza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni ma’ trade mark preċedenti, mingħajr ma tirrikonoxxi lil din tal-aħħar il-karattru distintiv imsaħħaħ–Assenza ta’ interess ġuridiku–Inammissibbiltà

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(4))

    (ara l-punti 29, 30)

    2. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Proċedura għat-tressiq ta’ kawża–Persuni li jistgħu jippreżentaw rikors u jkunu parti fil-kawża–Persuni li t-talbiet tagħhom ma jintlaqgħux permezz ta’ deċiżjoni–Deċiżjoni li tibgħat lura l-kawża għall-istanza inferjuri għal eżami mill-ġdid

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 64(2), u 65(4))

    (ara l-punt 32)

    3. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Dispożizzjonijiet proċedurali–Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet–L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009–Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE–Formalità essenzjali

    (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75)

    (ara l-punt 33)

    4. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju–Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament–Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba–Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju–Prinċipju ta’ legalità–Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

    (ara l-punt 34)

    5. 

    Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea–Raġunijiet assoluti għal rifjut–Eżami tar-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni–Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni–Portata

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75)

    (ara l-punti 35-39)

    Suġġett

    Ħames rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2015 (Każijiet R 2245/2014-5, R 2247/2014-5, R 2248/2014-5, R 2249/2014-5 u R 2250/2014-5), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ sinjali tridimensjonali li jikkonsistu fil-forma ta’ pompa tal-petrol bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1) 

    Il-Kawżi T‑339/15 sa T‑343/15 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

    2) 

    Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli għall-prodotti u s-servizzi li ma humiex parti mill-firxa abitwali tal-pompi tal-petrol (il-fjuwil tal-avjazzjoni, il-kokk tal-pitrolju, ix-xileni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-fjuwil).

    3) 

    Id-Deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ April 2015 (Każijiet R 2245/2014-5, R 2247/2014-5, R 2248/2014-5, R 2249/2014-5 u R 2250/2014-5) huma annullati għall-prodotti u s-servizzi għajr dawk li ma humiex parti mill-firxa abitwali tal-pompi tal-petrol (il-fjuwil tal-avjazzjoni, il-kokk tal-pitrolju, ix-xileni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-fjuwil) u li huma koperti mit-trade marks mitluba.

    4) 

    EUIPO hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u erbgħa minn ħamsa tal-ispejjeż ta’ Polski Koncern Naftowy Orlen SA, u din tal-aħħar għandha tbati wieħed minn ħamsa tal-ispejjeż proprji tagħha.

    Top