EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TJ0286

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) tal-25 ta’ Ottubru 2018.
KF vs Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN).
Rikors għal annullament u għad-danni – Persunal tas-SATCEN – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Artikolu 24 TUE – Artikoli 263, 268, 270 u 275 TFUE – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Ugwaljanza fit-trattament – Deċiżjonijiet 2014/401/PESK u 2009/747/PESK – Bord tal-Appell tas-SATCEN – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Talba għal assistenza – Modalitajiet tal-investigazzjoni amministrattiva – Sospensjoni – Proċeduri dixxiplinari – Revoka – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Rekwiżit ta’ imparzjalità – Dritt għal smigħ – Aċċess għall-fajl – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Talbiet għal kumpens prematur – Danni morali.
Kawża T-286/15.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Kawża T‑286/15

KF

vs

Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN)

“Rikors għal annullament u għad-danni – Persunal tas-SATCEN – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Artikolu 24 TUE – Artikoli 263, 268, 270 u 275 TFUE – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Ugwaljanza fit-trattament – Deċiżjonijiet 2014/401/PESK u 2009/747/PESK – Bord tal-Appell tas-SATCEN – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Talba għal assistenza – Modalitajiet tal-investigazzjoni amministrattiva – Sospensjoni – Proċeduri dixxiplinari – Revoka – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Rekwiżit ta’ imparzjalità – Dritt għal smigħ – Aċċess għall-fajl – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Talbiet għal kumpens prematur – Danni morali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) tal‑25 ta’ Ottubru 2018

  1. Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Atti adottati miċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea li għandhom bħala effett li jitterminaw il-kuntratt ta’ membru tal-persunal tiegħu – Inklużjoni

    (Artikolu 19(1) TUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE; Artikoli 263 TFUE, 268 TFUE, 270 TFUE, l-ewwel paragrafu tal- Artikolu 275 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK, Kapitolu VII u Anness IX; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91 u Anness IX)

  2. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Regolamenti tal-Persunal – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Possibbiltà għall-Kunsill li jeskludi l-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fuq it-tilwimiet bejn is-SATCEN u l-membri tal-persunal tiegħu – Assenza

    (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE; Artikolu 256 TFUE u l-ħames paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK, Artikolu 28(6))

  3. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Regolamenti tal-Persunal – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ċaħda tal-ilment – Ammissibbiltà

    (Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK, Artikolu 28(1) sa (3); Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90)

  4. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Regolamenti tal-Persunal – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Bażi legali

    (Artikoli 263 TFUE, 268 TFUE u 270 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/747/PESK u 2014/401/PESK; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1 u tal-Artikolu 1a(2); Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni, Artikolu 3a(1)(b))

  5. Rikors għal annullament – Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali – Annullament ta’ att li jaqa’ f’kuntest kuntrattwali – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Inammissibbiltà

    (Artikoli 263 TFUE u 288 TFUE)

  6. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Regolamenti tal-Persunal – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari – Att preparatorju – Esklużjoni – Possibbiltà ta’ kontestazzjoni fl-okkażjoni ta’ rikors ippreżentat kontra deċiżjoni li tista’ tiġi kkontestata

    (Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK)

  7. Eċċezzjoni ta’ illegalità – Portata – Atti li l-illegalità tagħhom tista’ tiġi eċċepita – Att ta’ natura ġenerali li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata – Neċessità ta’ rabta ġuridika bejn l-att ikkontestat u l-att ġenerali kkontestat – Effett tal-illegalità ta’ att ta’ portata ġenerali

    (Artikolu 277 TFUE)

  8. Rikors għal annullament – Att ikkontestat – Evalwazzjoni tal-legalità fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att – Rikors li jikkontesta deċiżjoni adottata fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni sussegwentement annullata mill-qorti tal-Unjoni – Ċaħda – Ksur tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv – Assenza

    (Artikolu 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK, Artikolu 28(6))

  9. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Regolamenti tal-Persunal – Sistema dixxiplinari – Proċedura – Smigħ tal-persuna kkonċernata mid-Direttur tas-SATCEN – Smigħ qabel id-deċiżjoni tad-direttur li jsir riferiment lill-Bord Dixxiplinari – Suġġett

    (Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK, Anness IX, Artikolu 10)

  10. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Regolamenti tal-Persunal – Sistema dixxiplinari – Investigazzjoni qabel il-ftuħ tal-proċeduri dixxiplinari – Setgħa diskrezzjonali tad-Direttur tas-SATCEN

    (Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK, Anness IX, Artikolu 10)

  11. Drittijiet fundamentali – Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Rekwiżit ta’ imparzjalità – Kunċett

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

  12. Drittijiet fundamentali – Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Dritt għal smigħ u għal aċċess għall-fajl

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a))

  13. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Regolamenti tal-Persunal – Sistema dixxiplinari – Investigazzjoni qabel il-ftuħ tal-proċeduri dixxiplinari – Suġġett – Investigazzjoni dwar allegat fastidju psikoloġiku – Trażmissjoni mill-investigatur ta’ kwestjonarju lil-lanjanti li permezz tiegħu huma ntalbu jidentifikaw il-kategoriji ta’ aġir osservat fil-membru tal-persunal ikkonċernat mill-investigazzjoni – Inammissibbiltà

    (Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK, Anness IX, Artikolu 10)

  14. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Regolamenti tal-Persunal – Sistema dixxiplinari – Investigazzjoni qabel il-ftuħ tal-proċeduri dixxiplinari – Dmir ta’ kunfidenzjalità tal-amministrazzjoni – Limiti – Obbligu ta’ żamma wara l-għeluq tal-investigazzjoni sabiex jiġi prekluż l-aċċess għall-fajl mill-membru tal-persunal li kien is-suġġett tal-investigazzjoni – Assenza

    (Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK, Anness IX, Artikolu 10)

  15. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Regolamenti tal-Persunal – Sistema dixxiplinari – Investigazzjoni qabel il-ftuħ tal-proċeduri dixxiplinari – Investigazzjoni vvizzjata b’irregolaritajiet proċedurali – Konsegwenzi

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a) u (b)); Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK; Anness IX, Artikolu 10)

  16. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Regolamenti tal-Persunal – Sistema dixxiplinari – Sospensjoni ta’ membru tal-persunal – Obbligu ta’ smigħ minn qabel tal-persuna kkonċernata – Portata – Adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni mingħajr trażmissjoni lill-membru tal-persunal ikkonċernat tad-dokumenti li fuqhom huma bbażati l-konklużjonijiet ta’ investigazzjoni dwar l-aġir tiegħu – Inammissibbiltà

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a) u (b)); Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK; Anness IX, Artikolu 18)

  17. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kumpens għal dannu kkawżat lil membru tal-persunal – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni

    (Artikoli 270 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK; Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

  18. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Regolamenti tal-Persunal – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Sentenza li tannulla deċiżjoni ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal wara proċeduri dixxiplinari – Talba għal kumpens tar-rikorrent fir-rigward tad-dannu materjali mġarrab – Natura prematura tat-talba

    (Artikolu 266 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK)

  19. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Regolamenti tal-Persunal – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Rikors għad-danni – Annullament tal-att illegali kkontestat li ma jiżgurax il-kumpens adegwat tad-dannu morali – Deċiżjonijiet ta’ sospensjoni u ta’ revoka ta’ membru tal-persunal wara investigazzjoni amministrattiva vvizzjata b’irregolaritajiet

    (Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK)

  20. Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) – Regolamenti tal-Persunal – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Talba għad-danni marbuta ma’ talba għal annullament – Ċaħda ta’ talba għal annullament li twassal għaċ-ċaħda tat-talba għad-danni

    (Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/747/PESK)

  1.  Il-qorti tal-Unjoni għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq tilwima bejn iċ-Ċentru tas-Satelliti tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) u ex membru tal-persunal bil-kuntratt li fil-kuntest tagħha dan tal-aħħar jitlob l-annullament ta’ diversi deċiżjonijiet meħuda fil-konfront tiegħu, inklużi b’mod partikolari deċiżjonijiet ta’ sospensjoni, ta’ ftuħ ta’ proċeduri dixxiplinari u ta’ revoka, kif ukoll kumpens. Din il-ġurisdizzjoni tirriżulta, rispettivament, fir-rigward tal-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet ikkontestati, mill-Artikolu 263 TFUE, u, fir-rigward tat-talbiet intiżi għall-implimentazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, mill-Artikolu 268 TFUE, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    Fil-fatt, il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati jaqgħu fil-kuntest tal-funzjonament ta’ organu li jaġixxi fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) ma jistax, waħdu, jimplika li l-qrati tal-Unjoni ma għandhomx ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar it-tilwima, F’dan ir-rigward, l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE jintroduċu deroga għar-regola tal-ġurisdizzjoni ġenerali li l-Artikolu 19 TUE jagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tiġi żgurata l-osservanza tad-dritt fl-interpretazzjoni tat-Trattati u għandhom, għaldaqstant, jiġu interpretati b’mod restrittiv. Bl-istess mod, għalkemm l-Artikolu 47 tal-Karta ma jistax joħloq ġurisdizzjoni għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta t-Trattati jeskluduha, il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jimplika madankollu li l-esklużjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK tiġi interpretata b’mod restrittiv. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet ta’ sospensjoni, ta’ ftuħ ta’ proċeduri dixxiplinari u ta’ revoka jikkostitwixxu atti ta’ sempliċi ġestjoni tal-persunal li, fid-dawl tal-iskopijiet u tal-għanijiet tagħhom, kif ukoll tal-kuntest tal-adozzjoni tagħhom, ma kellhomx l-għan li jikkontribwixxu għat-tmexxija, għad-definizzjoni jew għall-implimentazzjoni tal-PESK fis-sens tal-Artikolu 24(2) TUE u lanqas, b’mod partikolari, sabiex jindirizzaw il-missjonijiet tas-SATCEN li jaqgħu taħt il-PESK. F’dan il-kuntest, id-Deċiżjoni 2009/747 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tas-SATCEN, tipprevedi, fil-Kapitolu VII tagħha u fl-Anness IX tagħha, sistema dixxiplinari li tixbah dik prevista fit-Titolu VI u fl-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal.

    Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li din it-tilwima tixbah tilwimiet bejn istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni li ma jaqgħux taħt il-PESK u wieħed mill-uffiċjali jew membri tal-persunal tagħhom, li jistgħu jitressqu quddiem il-qrati tal-Unjoni skont l-Artikolu 270 TFUE. Issa, ma jistax jiġi kkunsidrat li d-deroga għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea prevista fil-qasam tal-PESK hija daqshekk estiża li teskludi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni sabiex jistħarrġu l-legalità tad-deċiżjonijiet ikkontestati ta’ organu tal-Unjoni, filwaqt li l-qorti tal-Unjoni għandha ġurisdizzjoni sabiex tistħarreġ il-legalità ta’ atti identiċi fir-rigward tal-kontenut tagħhom, l-għanijiet li huma jfittxu, il-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħhom u l-kuntest li fih ġew adottati, meta tali atti jikkonċernaw istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni li l-missjoni tagħhom ma għandhiex x’taqsam mal-PESK. Kwalunkwe interpretazzjoni oħra tkun teskludi lill-membru tal-persunal ta’ organu tal-Unjoni li jaqa’ taħt il-PESK mis-sistema ta’ protezzjoni ġudizzjarja offruta lill-membri tal-persunal tal-Unjoni, bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

    (ara l-punti 83 sa 85, 91, 93, 95 sa 97, 99)

  2.  Skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, l-atti li jistabbilixxu l-korpi jew organi tal-Unjoni jistgħu jipprevedu kundizzjonijiet u arranġamenti partikolari dwar ir-rikorsi ppreżentati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi kontra atti ta’ dawn il-korpi jew organi intiżi sabiex jipproduċu effetti legali fir-rigward tagħhom.

    Fir-rigward tad-Deċiżjoni 2009/747, dwar ir-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN), din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata fis-sens li hija tagħti lill-Kunsill, f’din id-deċiżjoni, id-dritt li jeskludi minn kull stħarriġ ġudizzjarju mill-qrati tal-Unjoni l-atti adottati mid-direttur tal-entità u intiżi sabiex jipproduċu effetti legali fil-kuntest tal-funzjonament intern tiegħu, bl-għoti lill-Bord tal-Appell tal-ġurisdizzjoni esklużiva sabiex jiddeċiedi mingħajr mit-tilwimiet bejn is-SATCEN u l-membri tal-persunal tiegħu, kif indikat fl-Artikolu 28(6) tar-Regolamenti tal-Persunal tas-SATCEN. L-aċċettazzjoni ta’ tali interpretazzjoni tippreġudika l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni li tiġi żgurata l-osservanza tad-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati, kif meħtieġ mit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE. Issa, il-“kondizzjonijiet u arranġamenti partikolari” fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma intiżi għall-istabbiliment, minn korp jew organu tal-Unjoni, ta’ kundizzjonijiet u ta’ arranġamenti purament interni, qabel ma jsir rimedju ġudizzjarju, li jirregolaw, b’mod partikolari, il-funzjonament ta’ mekkaniżmu ta’ awtosorveljanza jew l-iżvolġiment ta’ proċedura ta’ ftehim bonarju sabiex tiġi evitata kawża quddiem il-qrati tal-Unjoni.

    Minn dan isegwi li l-Artikolu 28(6) tar-Regolamenti tal-Persunal tas-SATCEN huwa inkompatibbli mat-Trattati, u b’mod partikolari, mal-Artikolu 19 TUE u mal-Artikolu 256 TFUE, sa fejn jipprevedi li l-Bord tal-Appell għandu, b’mod obbligatorju u esklużiv, ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedi t-tilwim bejn is-SATCEN u l-membri tal-persunal tiegħu, minkejja li l-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni fl-ewwel istanza ta’ dan it-tip ta’ rikors.

    (ara l-punti 106, 107, 109)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 115)

  4.  L-Artikolu 270 TFUE ma huwiex applikabbli għat-tilwimiet bejn iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) u l-membri tal-persunal tiegħu. Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq kull tilwima bejn l-Unjoni u l-membri tal-persunal tagħha, fil-limiti u taħt il-kundizzjonjijiet stabbiliti mir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, minn qari flimkien tal-Artikolu 1 u tal-Artikolu 1a(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 3a(1)(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jirriżulta, li dawn ir-regolamenti huma applikabbli għall-membri tal-persunal bil-kuntratt ta’ korp jew organu tal-Unjoni biss jekk l-att li jistabbilixxi l-imsemmi korp jew organu jipprevedih. Issa, fir-rigward tal-membri tal-persunal bil-kuntratt tas-SATCEN, la d-Deċiżjoni 2014/401, dwar is-SATCEN u lanqas id-Deċiżjoni 2009/747 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tas-SATCEN ma jipprevedu l-applikabbiltà tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg. Minn dan isegwi li r-rikors għal annullament ta’ membru tal-persunal tas-SATCEN jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE u t-talba tiegħu għal implimentazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, taqa’ taħt dak tal-Artikolu 268 TFUE.

    (ara l-punti 122, 123)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 125)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 141, 143)

  7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 155 sa 157)

  8.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 164 sa 166)

  9.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 173)

  10.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 175)

  11.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 176)

  12.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 177)

  13.  L-investigazzjoni amministrattiva wara allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi professjonali li jikkonċernaw membru tal-persunal taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) għandha bħala għan li tistabbilixxi l-materjalità tal-fatti kkritikati lilu u għandha, għaldaqstant, tikkonsisti fir-riċerka diliġenti u imparzjali tal-elementi preċiżi u rilevanti kollha dwar il-każ inkwistjoni. F’dan ir-rigward, fil-każ ta’ riferiment lid-Direttur tas-SATCEN ta’ ilment li jqiegħed inkwistjoni l-attitudni globali ta’ membru tal-persunal, billi jikklassifikaha bħala fastidju, huwa l-investigatur li għandu jitlob lil-lanjanti jsostnu l-fatti allegati, li jevalwa n-natura ddettaljata u konsistenti tagħhom qabel, fejn xieraq, iwettaq il-klassifika legali tagħhom.

    Għaldaqstant, meta l-investigatur jibgħat lil-lanjanti kwestjonarju dwar il-fastidju, li fih entrati b’għażla multipla li jikkorrispondu, essenzjalment, għal kategoriji ġenerali ta’ aġir li jistgħu jikkaratterizzaw fastidju psikoloġiku, tali inizjattiva għandha għalhekk bħala għan mhux li tiġi stabbilita l-materjalità tal-fatti preċiżi allegati, iżda li titlob lid-destinatarji tal-kwestjonarji sabiex jesprimu ruħhom dwar l-opinjoni tagħhom, b’mod ġenerali u astratt, fuq il-bażi ta’ kategoriji ta’ aġir li huma qiesu li kkonstataw fil-membru tal-persunal ikkonċernat mill-investigazzjoni. Huwa minnu li s-SATCEN għandu marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa dwar il-ftuħ stess ta’ investigazzjoni u fir-rigward tad-determinazzjoni tal-modalitajiet prattiċi ta’ din tal-aħħar. Madankollu, billi bagħat lill-persuni li jaħdmu ta’ kuljum mal-membru tal-persunal ikkonċernat kwestjonarju b’għażla multipla, li jindikah u jsemmih personalment, is-SATCEN ma jaġixxix bil-prudenza u bid-diliġenza meħtieġa f’tilwima bejn organu tal-Unjoni u wieħed mill-membri tal-persunal tiegħu.

    (ara l-punti 198 sa 201)

  14.  L-amministrazzjoni għandha, fil-kuntest ta’ investigazzjoni amministrattiva interna mwettqa sussegwentement għal ilment, tikseb bilanċ bejn żewġ drittijiet li jistgħu jkunu kontradittorji, jiġifieri d-dritt għall-persuna li kienet is-suġġett tal-ilment li teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha u d-dritt tal-lanjant li l-ilment tiegħu jiġi eżaminat b’mod korrett, liema dritt tal-lanjant jimplika dmir ta’ kunfidenzjalità tal-amministrazzjoni, li abbażi tiegħu hija għandha tastjeni minn kwalunkwe pass ta’ natura li jista’ jikkomprometti r-riżultati tal-investigazzjoni.

    Madankollu, tali bbilanċjar ta’ drittijiet kontraddittorji ma għandux jitwettaq fejn ir-riżultati tal-investigazzjoni amministrattiva diġà inkisbu, b’tali mod li l-iżvolġiment tajjeb ta’ din tal-aħħar ma setax jiġi kompromess mill-iżvelar tax-xhieda lill-persuna li hija s-suġġett tal-ilment.

    (ara l-punti 221, 222)

  15.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 225, 229, 230)

  16.  Id-deċiżjoni dwar sospensjoni ta’ membru tal-persunal taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) ibbażata fuq l-Artikolu 18 tal-Anness IX tad-Deċiżjoni 2009/747, dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tas-SATCEN, li tittieħed fil-preżenza ta’ allegat nuqqas serju, tikkostitwixxi miżura individwali sfavorevoli li għandha, konsegwentement, tiġi adottata b’rispett tad-drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari d-dritt għal smigħ. Għaldaqstant, minbarra f’ċirkustanzi partikolari debitament stabbiliti, deċiżjoni ta’ sospensjoni tista’ tiġi adottata biss wara li l-membru tal-persunal ikkonċernat ikun tqiegħed f’pożizzjoni li jesprimi b’mod utli l-perspettiva tiegħu dwar il-provi miżmuma kontrih u li fuqhom l-awtorità kompetenti tipprevedi li tibbaża din id-deċiżjoni.

    F’dan ir-rigward, minn naħa, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li kull persuna tibbenefika minn dritt li jkollha aċċess għall-fajl li jikkonċernaha, fl-osservanza tal-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u tas-sigriet professjonali u tan-negozju. Minn dan jirriżulta li membru tal-persunal tas-SATCEN għandu dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni miżmuma mill-persuna li timpjegah li tista’ tippermettilu jifhem is-sostanza tal-allegazzjonijiet li jiġġustifikaw is-sospensjoni tiegħu, u dan sabiex ikun jista’ juri, b’mod partikolari, li l-aġir indikat ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tiegħu, li ma huwiex ta’ gravità tali li tiġġustifika deċiżjoni ta’ sospensjoni, li ma huwiex ta’ natura reali biżżejjed jew li ma huwiex manifestament infondat, b’tali mod li s-sospensjoni tal-membru tal-persunal inkwistjoni tkun illegali. Min-naħa l-oħra, għar-rispett tad-dritt għal smigħ, iggarantit mill-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta, huwa neċessarju wkoll li l-amministrazzjoni tinforma lill-membru tal-persunal ikkonċernat, bi preċiżjoni suffiċjenti, dwar il-konsegwenzi li hija jista’ jkollha mill-informazzjoni inkwistjoni, fl-istadju li fih il-persuna kkonċernata tiġi mitluba tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.

    F’dan il-kuntest, in-nuqqas ta’ żvelar lill-membru tal-persunal ikkonċernat tal-informazzjoni rilevanti ma jistax jiġi ġġustifikat min-neċessità li tiġi protetta l-effikaċja tal-investigazzjoni amministrattiva dwar il-fatti kkritikati lill-imsemmi membru tal-persunal, sa fejn, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni, l-investigazzjonijiet kienu ġew konklużi u r-rapport ta’ investigazzjoni ġie ppreżentat lid-Direttur tas-SATCEN.

    (ara l-punti 235 sa 237)

  17.  Meta taġixxi bħala persuna li timpjega, l-Unjoni hija suġġetta għal responsabbiltà miżjuda, li timmanifesta ruħha permezz tal-obbligu li tikkumpensa d-danni kollha kkawżati lill-persunal tagħha minn kull illegalità mwettqa fil-kapaċità tagħha bħala persuna li timpjega. Fil-fatt, b’differenza għal kull individwu ieħor, l-uffiċjal jew il-membru tal-persunal tal-Unjoni huwa marbut mal-istituzzjoni, mal-korp jew mal-organu li huwa jiddependi minnhom permezz ta’ relazzjoni legali ta’ impjieg li tinvolvi ekwilibriju ta’ drittijiet u ta’ obbligi reċiproki speċifiċi, essenzjalment intiż sabiex iżommu r-relazzjoni ta’ fiduċja li għandha teżisti bejn l-amministrazzjoni u l-uffiċjali u l-membri tal-persunal tagħha sabiex jiġi ggarantit liċ-ċittadini t-twettiq korrett tal-missjonijiet ta’ interess ġenerali li għandhom l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni. Għalkemm dawn il-prinċipji ġew żviluppati fil-kuntest tar-rikorsi ppreżentati abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u tal-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn għandhom jiġu applikati, mutatis mutandis, fit-tilwimiet bejn iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u l-persunal tiegħu.

    (ara l-punti 245, 246)

  18.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 250 sa 254)

  19.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 256, 258, 259, 261)

  20.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 260)

Top