Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TJ0155

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016.
    Khaled Kaddour vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Annullament tal-atti preċedenti minn sentenza tal-Qorti Ġenerali – Atti ġodda li jinkludu l-isem tar-rikorrent fil-listi – Rikors għal annullament – Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura – Kontenut tar-rikors – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Oneru tal-prova – Dritt għall-proprjetà – Libertà ta’ intrapriża.
    Kawża T-155/15.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    tmilcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (Is‑Seba ’ Awla) tas-26 ta ’ Ottubru 2016Kaddour vs Il‑Kunsill

    (Kawża T‑155/15)

    “Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Annullament tal-atti preċedenti minn sentenza tal-Qorti Ġenerali — Atti ġodda li jinkludu l-isem tar-rikorrent fil-listi — Rikors għal annullament — Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura — Kontenut tar-rikors — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Oneru tal-prova — Dritt għall-proprjetà — Libertà ta’ intrapriża”

    1. 

    Proċedura ġudizzjarja — Trattament tal-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali — Protezzjoni mogħtija lill-partijiet kontra l-użu mhux xieraq tal-atti proċedurali — Portata (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 89) (ara l-punti 32-35)

    2. 

    Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti ta’ forma proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, punt (d) tal-ewewl paragrafu tal-Artikolu 76) (ara l-punti 51, 76)

    3. 

    Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-Sirja — Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/255/PESK u 2015/117/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012 u Nru 2015/108) (ara l-punti 56-62, 66, 67)

    4. 

    Rikors għal annullament — Motivi — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punt 69)

    5. 

    Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Portata tal-istħarriġ — Prova tal-fondatezza tal-miżura — Obbligu li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/255/PESK u 2015/117/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012 u Nru 2015/108) (ara l-punti 73, 74, 101, 106)

    6. 

    Proċedura ġudizzjarja — Prova — Prova dokumentali — Valur probatorju — Evalwazzjoni mill-qorti tal-Unjoni — Kriterji (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 85) (ara l-punti 85, 87)

    7. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Rikors għal anullament ta’ persuna li tibbenefika minn politiki mwettqa mir-reġim Sirjan ikkonċernata minn deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi — Tqassim tal-oneru tal-prova — Deċiżjoni bbażata fuq sensiela ta’ indizji — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/255/PESK u 2015/117/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012 u Nru 2015/108) (ara l-punti 96, 97)

    8. 

    Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi responsabbli mir-repressjoni vjolenti eżerċitata kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra fl-istess waqt tal-adozzjoni tal-att li jikkawża preġudizzju jew immedjatament wara (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/255/PESK u 2015/117/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012 u Nru 2015/108) (ara l-punti 111-114)

    9. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u restrizzjonijiet fil-qasam ta’ ammissjoni ta’ persuni, entitajiet jew organi assoċjati mar-reġim Sirjan — Restrizzjonijiet għad-dritt għall-proprjetà — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/255/PESK u 2015/117/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012 u Nru 2015/108) (ara l-punti 116, 117)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 273 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2015/117/PESK, tas-26 ta’ Jannar 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015, L 20, p. 85) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2015/108, tas-26 ta’ Jannar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2015, L 20, p. 2), sa fejn l-isem tar-rikorrent ġie inkluż fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Khaled Kaddour huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza u waqt il-proċeduri għal miżuri provviżorji.

    Top