Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TJ0070

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2016 (Estratti).
    Trajektna luka Split d.d. vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE – Iffissar, mill-awtorità portwali ta’ Split, ta’ tariffi fuq livelli massimi għas-servizzi portwali relattivi għat-traffiku intern – Ċaħda ta’ lment – Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru – Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni.
    Kawża T-70/15.

    Court reports – general

    Kawża T‑70/15

    (pubblikazzjoni ta ’ estratti)

    Trajektna luka Split d.d.

    vs

    Il‑Kummissjoni Ewropea

    “Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE — Iffissar, mill-awtorità portwali ta’ Split, ta’ tariffi fuq livelli massimi għas-servizzi portwali relattivi għat-traffiku intern — Ċaħda ta’ lment — Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru — Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2016

    1. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tieħux azzjoni fir-rigward ta’ lment diġà ttrattat u miċħud għal raġunijiet ta’ priorità minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

      [Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 13(2)]

    2. Kompetizzjoni – Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni – Deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li ċaħdet ilment – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali

      [Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 13(2)]

    3. Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Unjoni Ewropea – Il-Kroazja – Kapaċità tal-qrati nazzjonali li japplikaw id-dritt tal-Unjoni

    1.  L-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1/2003, bħad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-regolament, ikopri s-sitwazzjonijiet li fihom ikunu implementati l-Artikoli 101 u 102 TFUE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’ tiċħad ilment fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni biss meta dan l-ilment kien is-suġġett ta’ eżami mwettaq fir-rigward tar-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

      F’dawn iċ-ċirkustanzi, fil-każ fejn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun iddeċidiet biss, f’waħda mid-deċiżjonijiet tagħha, abbażi tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1/2003 ma jistgħux jintużaw u, għaldaqstant, ma humiex applikabbli.

      (ara l-punti 26‑29)

    2.  L-operaturi ekonomiċi allegatament vittmi ta’ ksur ma jistgħux iqisu lill-Kummissjoni bħala korp ta’ appell li jista’ jannulla d-deċiżjonijiet ta’ awtorità nazzjonali li ma tkunx laqgħet l-ilment tagħhom. Fil-fatt, l-istħarriġ tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jappartjeni biss lill-qrati nazzjonali, li għandhom funzjoni essenzjali fl-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

      (ara l-punt 34)

    3.  Ir-Repubblika tal-Kroazja setgħet taderixxi mal-Unjoni biss wara li tkun issodisfatt il-kriterji politiċi u ekonomiċi u l-obbligi li għandhom l-Istati kandidati għall-adeżjoni, hekk kif stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen (id-Danimarka) tal-21 u tat-22 ta’ Ġunju 1993. Dawn il-kriterji jirrikjedu mill-Istat kandidat, b’mod partikolari, il-kapaċità li jassumi l-obbligi li jirriżultaw mill-adeżjoni, b’mod partikolari l-kapaċità li jimplementa b’effikaċja r-regoli, in-normi u l-politiċi li jifformaw il-corpus leġiżlattiv tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-kapaċità tal-qrati Kroati li japplikaw id-dritt tal-Unjoni ma tistax, bħala prinċipju, tiġi kkontestata.

      (ara l-punti 53, 54)

    Top