Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FO0041(02)

    Digriet tal-President tat-Tielet Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Novembru 2015.
    FL et vs Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL).
    Ftehim bonarju – Artikolu 90(1) tar-Regoli tal-Proċedura – Ftehim bejn il-partijiet fuq l-inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir tal-kawża.
    Kawża F-41/15 DISS I.

    DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TIELET AWLA

    TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

    12 ta’ Novembru 2015

    FL et

    vs

    Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)

    “Ftehim bonarju — Artikolu 90(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Ftehim bejn il-partijiet fuq l-inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża”

    Suġġett:

    Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, li permezz tiegħu FL flimkien ma’ żewġ rikorrenti oħra, FM u FO, jitolbu: l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) tat-23 ta’ Mejju 2014 li tipprevedi t-trasferiment ta’ din l-aġenzija lejn Budapest (l-Ungerija) u li tinforma lill-persunal tagħha li kull rifjut li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fis-sede l-ġdida “ser jitqies bħala riżenja effettiva mit-30 ta’ Settembru 2014”; l-annullament tal-varji deċiżjonijiet taċ-CEPOL tat-28 ta’ Novembru 2014, li jiċħdu l-ilmenti mressqa individwalment mir-rikorrenti inizjali bejn it-8 u l-21 ta’ Awwissu 2014, l-annullament taż-żewġ deċiżjonijiet tat-22 ta’ Diċembru 2014 li permezz tagħhom iċ-CEPOL aċċettat ir-riżenji rispettivi ta’ FM u FO; kumpens għad-danni morali u materjali.

    Deċiżjoni:

    Il-Kawża F‑41/15 DISS I hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Iċ-CEPOL għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mal-każijiet ta’ FL, ta’ FM u ta’ FO kif ukoll dawk sostnuti minn FL, FM u FO skont il-ftehim konkluż bejniethom.

    Sommarju

    Rikorsi tal-uffiċjali — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

    (Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 91(1))

    (ara l-punti 4 u 5)

    Top