Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CO0692

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016.
    Security Service Srl et vs Ministero dell'Interno et.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 53(2) – Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi – Sitwazzjoni purament interna – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
    Kawżi magħquda C-692/15 sa C-694/15.

    Court reports – general

    Kawżi magħquda C‑692/15 sa C‑694/15

    Security Service Srl et

    vs

    Ministero dell’Interno et

    (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikolu 53(2) — Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi — Sitwazzjoni purament interna — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”

    Sommarju – Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016

    1. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv

      (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)

    2. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Domanda magħmula fuq tilwima li qamet fi Stat Membru wieħed biss – Inklużjoni fid-dawl tal-applikabbiltà possibbli tad-dritt tal-Unjoni għall-imsemmija tilwima minħabba projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni imposta mid-dritt nazzjonali

      (Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE u 267 TFUE ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 53(2))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 17-21)

    2.  Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma humiex applikabbli għal sitwazzjoni fejn l-elementi kollha huma limitati għal ġewwa Stat Membru wieħed. Madankollu, f’ċerti kundizzjonijiet, in-natura purament interna tas-sitwazzjoni kkonċernata ma tostakolax lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tirrispondi għal domanda magħmula skont l-Artikolu 267 TFUE.

      Dan jista’ jkun il-każ, b’mod partikolari, fl-ipoteżi fejn id-dritt nazzjonali jimponi fuq il-qorti nazzjonali l-obbligu li tagħti l-possibbiltà lil ċittadin tal-Istat Membru li taħtu taqa’ din il-qorti li jibbenefika mill-istess drittijiet bħal dawk li ċittadin ta’ Stat Membru ieħor jista’ jislet mid-dritt tal-Unjoni fl-istess sitwazzjoni jew jekk it-talba għal deċiżjoni preliminari tkun tirrigwarda dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li għalihom id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru jagħmel riferment sabiex jiġu ddeterminati r-regoli applikabbli għal sitwazzjoni purament interna għal dan l-Istat.

      Madankollu, minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’tali ċirkustanzi, tagħti l-interpretazzjoni mitluba, din ma għandhiex tieħu tali inizjattiva jekk mit-talba għal deċiżjoni preliminari ma jkunx jirriżulta li l-qorti tar-rinviju għandha effettivament tali obbligu.

      (ara l-punti 23, 26-28)

    Top