Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CO0446

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016.
    Signum Alfa Sped Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vám Főigazgatóság.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Dritt għal tnaqqis – Rifjut – Persuna li toħroġ il-fattura meqjusa li ma kinitx il-fornitur reali tas-servizzi ffatturati – Obbligi ta’ verifika li jaqgħu fuq il-persuna taxxabbli.
    Kawża C-446/15.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 – Signum Alfa Sped

    (Kawża C‑446/15) ( 1 )

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Dritt għal tnaqqis – Rifjut – Persuna li toħroġ il-fattura meqjusa li ma kinitx il-fornitur reali tas-servizzi ffatturati – Obbligi ta’ verifika li jaqgħu fuq il-persuna taxxabbli”

     

    Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali-Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud-Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa-Rifjut minħabba fattura maħruġa minn operatur meqjus li ma kienx il-fornitur reali tas-servizzi ffatturati-Inammissibbiltà-Limiti-Kundizzjonijiet-Destinatarju tal-fattura li kien jaf jew li messu kien jaf bl-eżistenza ta’ frodi-Verifika li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112)

    (ara l-punti 32, 33, 41‑45 u d-dispożittiv)

    Dispożittiv

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi nazzjonali li skontha l-amministrazzjoni fiskali tirrifjuta li tagħti lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għas-servizzi li ġew ipprovduti lilha għar-raġuni li l-fatturi relatati ma’ dawn is-servizzi ma jistgħux jitqiesu li huma affidabbli peress li l-persuna li ħarġet dawn il-fatturi ma setgħetx tkun il-fornitur reali tal-imsemmija servizzi, ħlief jekk jiġi pprovat, fid-dawl ta’ provi oġġettivi u mingħajr ma jiġi rikjest mill-persuna taxxabbli li twettaq verifiki li ma hijiex obbligata twettaq, li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew messha kienet taf li l-imsemmija servizzi kienu involuti fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


    ( 1 ) ĠU C 381, 16.11.2015.

    Top