Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CO0438

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Settembru 2016.
    Proċeduri kriminali kontra Davide Durante.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Domandi preliminari identiċi – Artikoli 49 u 56 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu provduti servizzi – Logħob tal-ażżard – Restrizzjonijiet – Raġunijiet imperattivi ta’ interess Ġenerali – Proporzjonalità – Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti u evalwazzjoni tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja – Esklużjoni tal-offerent minħabba nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu, maħruġa minn żewġ stabbilimenti bankarji distinti.
    Kawża C-438/15.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    tmilcjeDigriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba ’ Awla) tat-28 ta ’ Settembru 2016 – Durante

    (Kawża C-438/15) ( *1 )

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domandi preliminari identiċi — Artikoli 49 u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu provduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Restrizzjonijiet — Raġunijiet imperattivi ta’ interess Ġenerali — Proporzjonalità — Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti u evalwazzjoni tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja — Esklużjoni tal-offerent minħabba nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu, maħruġa minn żewġ stabbilimenti bankarji distinti”

    1. 

    Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ konċessjonijiet għall-ġbir ta’ mħatri għall-kundizzjoni li jiġu ppreżentati dikjarazzjonijiet bankarji li jikkonfermaw il-kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-operatur — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess Ġenerali — Għan ta’ ġlieda kontra l-kriminalità — Obbligu li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità jiġi ssodisfatt — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE) (ara l-punti 10-13, 15 u d-dispożittiv)

    2. 

    Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ konċessjonijiet għall-ġbir ta’ mħatri għall-kundizzjoni li jiġu ppreżentati dikjarazzjonijiet bankarji li jikkonfermaw il-kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-operatur — Inklużjoni — Assenza ta’ eżami awtonomu fid-dawl tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu tal-kapital (Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE u 63 TFUE) (ara l-punt 14)

    Dispożittiv

    L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq l-operaturi li jixtiequ jressqu offerta fil-kuntest ta’ sejħa għall-offerti fir-rigward tal-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob u tal-imħatri l-obbligu li jipproduċu l-prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħhom permezz ta’ dikjarazzjonijiet maħruġa minn tal-inqas minn żewġ stabbilimenti bankarji, mingħajr ma jiġi permess li din il-kapaċità tiġi stabbilita b’xi mod ieħor, peress li tali dispożizzjoni tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ proprozjonalità stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    ( *1 ) ĠU C 381, 16.11.2015.

    Top