Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CO0394

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ April 2016.
    John Dalli vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Appell – Rapport ta’ investigazzjoni tal-OLAF li jimplika Membru tal-Kummissjoni Ewropea – Allegata deċiżjoni verbali tal-President tal-Kummissjoni li jtemm il-funzjonijiet tal-Kummissarju kkonċernat – Rikors għal annullament u għad-danni.
    Kawża C-394/15 P.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

      Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ April 2016 – Dalli vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C‑394/15 P) ( 1 )

    “Appell – Rapport ta’ investigazzjoni tal-OLAF li jimplika Membru tal-Kummissjoni Ewropea – Allegata deċiżjoni verbali tal-President tal-Kummissjoni li jtemm il-funzjonijiet tal-Kummissarju kkonċernat – Rikors għal annullament u għad-danni”

    1. 

    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet – Rispett fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja – Portata – Introduzzjoni ta’ element proċedurali ġdid matul is-seduta – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (ara l-punti 40 sa 45)

    2. 

    Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

    (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

    (ara l-punti 55, 62 sa 66)

    3. 

    Kummissjoni – Tmiem tal-funzjonijiet tal-Membri – Setgħa diskrezzjonali tal-President tal-Kummissjoni li jeżiġi r-riżenja ta’ Membru – Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju – Nuqqas ta’ preżentazzjoni, min-naħa tal-Membru kkonċernat, tar-riżenja tiegħu

    (Artikolu 17(6) TUE)

    (ara l-punti 75 sa 78)

    4. 

    Kummissjoni – Tmiem tal-funzjonijiet tal-Membri – Setgħa diskrezzjonali tal-President tal-Kummissjoni li jeżiġi r-riżenja ta’ Membru – Riferiment mill-President għall-possibbiltà li juża din is-setgħa fir-rigward ta’ Membru – Assimilazzjoni mal-użu effettiv tal-imsemmija setgħa – Esklużjoni

    (Artikolu 17(6) TUE)

    (ara l-punt 79)

    Dispożittiv

    1) 

    L-appell huwa miċħud.

    2) 

    John Dalli huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    ( 1 ) ĠU C 311, 21.9.2015.

    Top