EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CO0393

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2016.
Dyrektor Izby Skarbowej w Krakowie vs ESET spol. s r.o. sp. z o.o. filiale en Pologne.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 168 – Artikolu 169(a) – Kumpannija stabbilita fi Stat Membru fejn twettaq tranżazzjonijiet taxxabbli – Fergħa rreġistrata fi Stat Membru ieħor għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud – Twettiq okkażjonali ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli f’dan l-Istat – Attività prinċipali li tikkonsisti fit-twettiq ta’ tranżazzjonijiet interni għall-benefiċċju tal-imsemmija kumpanija – Taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa minn din il-fergħa – Tnaqqis fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni)”.
Kawża C-393/15.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa ’ Awla) tal-21 ta ’ Ġunju 2016 – ESET

(Kawża C‑393/15) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 168 — Artikolu 169(a) — Kumpannija stabbilita fi Stat Membru fejn twettaq tranżazzjonijiet taxxabbli — Fergħa rreġistrata fi Stat Membru ieħor għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud — Twettiq okkażjonali ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli f’dan l-Istat — Attività prinċipali li tikkonsisti fit-twettiq ta’ tranżazzjonijiet interni għall-benefiċċju tal-imsemmija kumpanija — Taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa minn din il-fergħa — Tnaqqis fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni)”

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Oriġini u skop tad-dritt ta’ tnaqqis — Fergħa rreġistrata fi Stat Membru ieħor għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud — Twettiq okkażjonali ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli f’dan l-Istat — Taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa minn din il-fergħa — Inklużjoni (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 168 u l-Artikolu 169(a)) (ara l-punt 42 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

L-Artikolu 168 u l-Artikolu 169(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġi interpretati fis-sens li fergħa, irreġistrata fi Stat Membru għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u li twettaq prinċipalment tranżazzjonijiet interni, mhux suġġetti għal din it-taxxa, għall-benefiċċju ta’ din il-kumpanija iżda wkoll, kultant, tranżazzjonijiet taxxabbli fl-Istat Membru tagħha ta’ reġistrazzjoni, hija intitolata li tnaqqas it-taxxa tal-imput fuq il-valur miżjud imħallsa f’dan l-aħħar Stat, fuq l-oġġetti u s-servizzi użati għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tal-imsemmija kumpannija, magħmula fl-Istat Membru l-ieħor fejn din tal-aħħar hija stabbilita.


( 1 ) ĠU C 337, 12.10.2015.

Top