EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CO0279

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ April 2016.
Alexandre Borde u Carbonium vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Programm intra-AKP (Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku) tal-Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima (GCCA) – Talba tal-Kummissjoni Ewropea intiża li ttemm il-missjoni ta’ espert magħżul minn parti kontraenti tagħha – Rikors għal annullament – Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva.
Kawża C-279/15 P.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba ’ Awla) tal-21 ta ’ April 2016 – Borde u Carbonium vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑279/15 P) ( 1 )

“Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Programm intra-AKP (Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku) tal-Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima (GCCA) — Talba tal-Kummissjoni Ewropea intiża li ttemm il-missjoni ta’ espert magħżul minn parti kontraenti tagħha — Rikors għal annullament — Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva”

1. 

Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament — Aggravju bbażat fuq l-iżnaturament tal-provi — Neċessità li jiġu indikati b’mod preċiż il-provi żnaturati u li jiġu identifikati l-iżbalji fl-evalwazzjoni li wasslu għal dan l-iżnaturament — Neċessità ta’ żnaturament li jirriżulta b’mod manifest mid-dokumenti tal-proċess [Artikolu 256(1) TFUE, Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja., Artikolu 168(1)(d)] (ara l-punti 28, 29)

2. 

Rikors għal annullament — Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali — Talba għall-annullament tal-ittri mibgħuta minn istituzzjoni lil kuntrattur u li jipproponu s-sostituzzjoni ta’ espert li kien qiegħed jipparteċipa fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt-qafas — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Inammissibbiltà (Artikoli 263 TFUE, 272 TFUE, 274 TFUE) (ara l-punti 37-39, 43)

3. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li ma jikkonċernawhomx direttament u individwalment — Inammissibbiltà — Protezzjoni ġudizzjarja żgurata permezz tar-rikors għad-danni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 268 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47) (ara l-punti 54, 55)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

Alexandre Borde u Carbonium SAS huma kkundanati in solidum għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 294, 7.9.2015.

Top