Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 62015CO0137
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2015.
María Pilar Plaza Bravo vs Servicio Público de Empleo Estatal Dirección Provincial de Álava.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 79/7/KEE – Artikolu 4(1) – Ugwaljanza fit-trattament bejn il-ħaddiema rġiel u l-ħaddiema nisa – Ħaddiema part-time, essenzjalment ta’ sess femminili – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal ammont massimu tal-benefiċċju tal-qgħad – Leġiżlazzjoni li tirreferi, għall-kalkolu ta’ dan l-ammont, għar-relazzjoni bejn il-ħin tax-xogħol tal-impjegati part-time interessati u l-ħin tax-xogħol tal-impjegati full-time.
Kawża C-137/15.

Krājums – vispārīgi
Kawża C‑137/15
María Pilar Plaza Bravo
vs
Servicio Público de Empleo Estatal Dirección Provincial de Álava
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Direttiva 79/7/KEE — Artikolu 4(1) — Ugwaljanza fit-trattament bejn il-ħaddiema rġiel u l-ħaddiema nisa — Ħaddiema part-time, essenzjalment ta’ sess femminili — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal ammont massimu tal-benefiċċju tal-qgħad — Leġiżlazzjoni li tirreferi, għall-kalkolu ta’ dan l-ammont, għar-relazzjoni bejn il-ħin tax-xogħol tal-impjegati part-time interessati u l-ħin tax-xogħol tal-impjegati full-time”
Sommarju – Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2015
Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali — Direttiva 79/7 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal ammont massimu tal-benefiċċju tal-qgħad — Leġiżlazzjoni li tapplika għall-imsemmi ammont koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time li jikkorrispondi għar-relazzjoni bejn il-ħin tax-xogħol ta’ impjegat part-time u l-ħin tax-xogħol ta’ impjegat full-time paragunabbli — Assenza ta’ diskriminazzjoni — Ammissibbiltà ta’ tali leġiżlazzjoni
(Direttiva tal-Kunsill 79/7, Artikolu 4(1))
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li biha, għall-kalkolu tal-ammont ta’ benefiċċji tal-qgħad sħiħ li għandu jirċievi impjegat li tilef l-uniku impjieg part-time tiegħu, ikun applikat koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time, li jikkorrispondi mal-perċentwali li jirrappreżenta l-ħin tax-xogħol ta’ impjegat part-time meta mqabbel ma’ dak ta’ impjegat full-time paragunabbli, għall-ammont massimu ta’ benefiċċju tal-qgħad stabbilit mil-liġi.
Fil-fatt, tali dispożizzjoni ma tistax titqies li tqiegħed fi żvantaġġ b’mod predominanti kategorija partikolari ta’ ħaddiema, f’dan il-każ dawk li jaħdmu fuq bażi part-time u, a fortiori, in-nisa. Hija ma tistax, għaldaqstant, tiġi kklassifikata bħala miżura indirettament diskriminatorja fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7.
(ara l-punti 29, 30 u d-dispożittiv)