EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CO0030

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018.
Simba Toys GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u Seven Towns Ltd.
Intaxxar tal-ispejjeż.
Kawża C-30/15 P-DEP.

Court reports – general

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 – Simba Toys vs EUIPO u Seven Towns

(Kawża C‑30/15 P-DEP)

“Intaxxar tal-ispejjeż”

1. 

Proċedura ġudizzjarja–Spejjeż–Intaxxar–Spejjeż li jistgħu jinġabru–Proċedura li tiżvolġi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell–Spejjeż indispensabbli għall-finijiet tal-imsemmija proċedura

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-punt (b) tal-Artikolu 144)

(ara l-punt 20)

2. 

Proċedura ġudizzjarja–Spejjeż–Intaxxar–Spejjeż li jistgħu jinġabru–Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni–Onorarji dovuti mill-partijiet lill-avukati tagħhom stess–Determinazzjoni tal-onorarji li jistgħu jinġabru mingħand il-parti kkundannata għall-ispejjeż

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-punt (b) tal-Artikolu 144)

(ara l-punt 21)

3. 

Proċedura ġudizzjarja–Spejjeż–Intaxxar–Spejjeż li jistgħu jinġabru–Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni–Tariffa nazzjonali li tistabbilixxi l-onorarji tal-avukati–Esklużjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-punt (b) tal-Artikolu 144)

(ara l-punti 22-24)

Dispożittiv

L-ammont totali tal-ispejjeż li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u Seven Towns Ltd għandhom jirrimborsaw lil Simba Toys GmbH & Co. KG għall-proċedura tal-appell hija stabbilita għas-somma ta’ EUR 35000.

Top