Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0592

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-15 ta’ Frar 2017.
    Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs vs British Film Institute.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud – Sitt Direttiva 77/388/KEE – Artikolu 13A(1)(n) – Eżenzjonijiet ta’ ċertu provvisti ta’ servizzi kulturali – Assenza ta’ effett dirett – Determinazzjoni tal-provvisti ta’ servizzi kulturali eżentati – Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri.
    Kawża C-592/15.

    Court reports – general

    Kawża C‑592/15

    Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

    vs

    British Film Institute

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division))

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud – Sitt Direttiva 77/388/KEE – Artikolu 13A(1)(n) – Eżenzjonijiet ta’ ċertu provvisti ta’ servizzi kulturali – Assenza ta’ effett dirett – Determinazzjoni tal-provvisti ta’ servizzi kulturali eżentati – Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Frar 2017

    Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva – Eżenzjonijiet favur ċertu attivitajiet ta’ interess ġenerali – Artikolu 13A(1)(n) – Eżenzjoni ta’ ċertu provvisti ta’ servizzi kulturali – Effett dirett – Assenza

    [Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 13A(1)(n)]

    L-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, li jipprevedi l-eżenzjoni ta’ “ċertu servizzi kulturali”, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma għandux effett dirett, b’tali mod li, fl-assenza ta’ traspożizzjoni, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi invokata direttament minn korp tad-dritt pubbliku jew minn korp kulturali ieħor irrikonoxxut mill-Istat Membru kkonċernat u li jipprovdi servizzi kulturali

    L-interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva hija kkonfermata mill-oriġini ta’ din id-direttiva kif ukoll mill-għanijiet li l-leġiżlatur tal-Unjoni jrid jilħaq.

    Għaldaqstant, hemm lok li jitqies li, billi jirreferi għal “ċertu servizzi kulturali”, l-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva ma jeħtieġx l-eżenzjoni tal-provvisti kollha ta’ servizzi kulturali, b’tali mod li l-Istati Membri jistgħu jeżentaw “ċertu” servizzi filwaqt li jissuġġettaw lil oħrajn għall-VAT.

    (ara l-punti 19, 23, 28 u d-dispożittiv)

    Top