This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0568
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017.
Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV vs comtech GmbH.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2011/83/UE – Artikolu 21 – Komunikazzjoni permezz tat-telefon – Użu ta’ linja tat-telefon minn kummerċjant sabiex il-konsumatur ikun jista’ jikkuntattjah fir-rigward ta’ kuntratt konkluż – Projbizzjoni milli tiġi applikata tariffa ogħla mit-tariffa bażika – Kunċett ta’ ‘tariffa bażika’.
Kawża C-568/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017.
Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV vs comtech GmbH.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2011/83/UE – Artikolu 21 – Komunikazzjoni permezz tat-telefon – Użu ta’ linja tat-telefon minn kummerċjant sabiex il-konsumatur ikun jista’ jikkuntattjah fir-rigward ta’ kuntratt konkluż – Projbizzjoni milli tiġi applikata tariffa ogħla mit-tariffa bażika – Kunċett ta’ ‘tariffa bażika’.
Kawża C-568/15.
Court reports – general
Kawża C-568/15
Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV
vs
comtech GmbH
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Landgericht Stuttgart)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2011/83/UE – Artikolu 21 – Komunikazzjoni permezz tat-telefon – Użu ta’ linja tat-telefon minn kummerċjant sabiex il-konsumatur ikun jista’ jikkuntattjah fir-rigward ta’ kuntratt konkluż – Projbizzjoni milli tiġi applikata tariffa ogħla mit-tariffa bażika – Kunċett ta’ ‘tariffa bażika’”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017
Protezzjoni tal-konsumaturi – Kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 2011/83 – Komunikazzjoni permezz tat-telefon – Użu ta’ linja tat-telefon minn kummerċjant sabiex il-konsumatur ikun jista’ jikkuntattjah fir-rigward ta’ kuntratt konkluż – Prezz ta’ telefonata lejn din il-linja tat-telefon – Kunċett ta’ tariffa bażika – Prezz ogħla mill-prezz ta’ telefonata lejn linja tat-telefon fissa jew mobbli standard – Esklużjoni – Twettieq jew le tal-qliegħ mill-kummerċjant permezz tal-imsemmija linja tat-telefon – Assenza ta’ effett
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/83, Artikolu 21)
Il-kunċett ta’ “tariffa bażika”, imsemmi fl-Artikolu 21 tad-tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prezz ta’ telefonata fir-rigward ta’ kuntratt konkluż u lejn linja tat-telefon ta’ assistenza operata minn kummerċjant ma jistax jeċċedi l-prezz ta’ telefonata lejn linja tat-telefon fissa ġeografika jew mobbli standard. Sakemm dan il-limitu jiġi osservat, iċ-ċirkustanza li l-kummerċjant ikkonċernat jagħmilx qliegħ jew le permezz ta’ din il-linja tat-telefon ta’ assistenza hija nieqsa minn rilevanza.
Fil-fatt, interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “tariffa bażika” fis-sens li l-kummerċjanti jkunu awtorizzati jiffatturaw tariffi ogħla mit-tariffa ta’ komunikazzjoni standard lejn linja tat-telefon fissa ġeografika jew mobbli tkun tali li tiddiswadi lill-konsumaturi milli jużaw linja tat-telefon ta’ assistenza sabiex jiksbu informazzjoni relatata mal-kuntratt konkluż jew li jinvokaw id-drittijiet tagħhom f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, ta’ garanzija jew ta’ rexissjoni.
(ara l-punti 29, 32 u d-dispożittiv)