EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0553

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2016.
Undis Servizi Srl vs Comune di Sulmona.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Għoti ta’ kuntratt mingħajr il-bidu ta’ proċedura għal sejħa għal offerti – Għoti msejjaħ “in house” – Kundizzjonijiet – Kontroll analogu – Twettiq fl-fattur essenzjali tal-attività – Kumpannija mogħtija lill-kapital pubbliku miżmuma minn diversi entitajiet territorjali – Attività eżerċitata wkoll favur entitajiet territorjali mhux azzjonisti – Attività imposta minn awtorità pubblika mhux azzjonista.
Kawża C-553/15.

Court reports – general

Kawża C‑553/15

Undis Servizi Srl

vs

Comune di Sulmona

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Consiglio di Stato)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Għoti ta’ kuntratt mingħajr il-bidu ta’ proċedura għal sejħa għal offerti – Għoti msejjaħ “in house” – Kundizzjonijiet – Kontroll analogu – Twettiq fl-fattur essenzjali tal-attività – Kumpannija mogħtija lill-kapital pubbliku miżmuma minn diversi entitajiet territorjali – Attività eżerċitata wkoll favur entitajiet territorjali mhux azzjonisti – Attività imposta minn awtorità pubblika mhux azzjonista”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2016

  1. Domandi preliminari–Ammissibbiltà–Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv–Portata tal-obbligu fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi

    (Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE u 267 TFUE;Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet–Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi–Direttiva 2004/18–Kamp ta’ applikazzjoni–Kuntratti pubbliċi li huma s-suġġett ta’ għoti msejjaħ “in house”–Esklużjoni–Kundizzjonijiet–Twettiq, mill-entità ta’ għoti tal-fattur essenzjali tal-attivitajiet favur l-awtorità kontraenti–Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 1(2)(a))

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet–Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi–Direttiva 2004/18–Kamp ta’ applikazzjoni–Kuntratti pubbliċi li huma s-suġġett ta’ għoti msejjaħ “in house”–Esklużjoni–Kundizzjonijiet–Twettiq, mill-entità ta’ għoti tal-fattur essenzjali tal-attivitajiet favur l-awtorità kontraenti–Teħid inkunsiderazzjoni tal-attivitajiet eżerċitati favur entitajiet territorjali mhux assoċjati ma’ din l-entità–Esklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 1(2)(a))

  4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet–Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi–Direttiva 2004/18–Kamp ta’ applikazzjoni–Kuntratti pubbliċi li huma s-suġġett ta’ għoti msejjaħ “in house”–Esklużjoni–Kundizzjonijiet–Twettiq, mill-entità ta’ għoti tal-fattur essenzjali tal-attivitajiet favur l-awtorità kontraenti–Attività eżerċitata favur entitajiet territorjali azzjonisti għal din l-entità u li jeżerċitaw kontroll analogu fuqha–Teħid inkunsiderazzjoni tal-attivitajiet li twettqu qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ tal-kontroll

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 1(2)(a))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 24, 25)

  2.  Kull eċċezzjoni għall-obbligu li jiġu applikati r-regoli dwar il-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi previsti mid-direttivi rilevanti hija ta’ interpretazzjoni stretta. Fir-rigward tal-eċċezzjoni fir-rigward tal-għotjiet msejħa “in house”, dan huwa ġġustifikat mir-rabta partikolari li teżisti, f’tali każ, bejn l-awtorità kontraenti u l-entità tal-għoti, anki jekk din tal-aħħar hija entità legalment distinta minn tal-ewwel. F’dan il-każ, jista’ jiġi kkunsidrat li l-awtorità kontraenti, fir-realtà, irrikorriet għall-motivi tagħha stess u li l-entità tal-għoti kważi tagħmel parti mid-dipartimenti interni tagħha.

    Din l-eċċezzjoni teħtieġ, minbarra li l-awtorità kontraenti teżerċita fuq l-entità tal-għoti kontroll analogu għal dak li din teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess meta din l-entità twettaq il-parti essenzjali tal-attività tagħha favur l-awtoritajiet kontraenti li jżommuha. B’hekk, huwa indispensabbli li l-attività tal-entità tal-għoti tkun dedikata prinċipalment lill-entità jew entitajiet li jżommuha, peress li kull attività oħra ma jistax ikollha ħlief natura marġinali. Sabiex jiġi evalwat jekk dan huwiex il-każ, l-imħallef kompetenti għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-fatti kollha tal-każ, kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi. F’dan ir-rigward, id-dħul mill-bejgħ rilevanti huwa dak li din l-entità twettaq bis-saħħa tad-deċiżjonijiet ta’ għoti meħudin minnha jew minn dawn l-entitajiet ta’ tutela.

    (ara l-punti 28-32)

  3.  Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għotjiet diretti tal-kuntratti pubbliċi msejħa “in house”, sabiex jiġi determinat jekk l-entità kontraenti teżerċita l-parti essenzjali tal-attività tagħha għall-awtorità kontraenti, b’mod partikolari l-entitajiet territorjali li huma l-azzjonisti tagħha li jikkontrollawha, ma għandhiex tiġi inkluża f’din l-attività dik li timponi fuq din l-entità awtorità pubblika, mhux azzjonista ta’ din l-entità, favur entitajiet territorjali li ma humiex iżjed azzjonisti tal-imsemmija entità u ma jeżerċitaw ebda kontroll fuqha, peress li din l-attività tal-aħħar għandha tiġi kkunsidrata bħala eżerċitata għal terzi.

    Fil-fatt il-ħtieġa li l-persuna inkwistjoni twettaq il-parti l-essenzjali tal-attività tagħha mal-awtorità jew awtoritajiet li jikkontrollawha għandha bħala skop li tiggarantixxi li d-Direttiva 2004/18 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] tibqa’ applikabbli fil-każ fejn impriża kkontrollata minn awtorità jew diversi awtoritajiet hija attiva fuq is-suq, u għaldaqstant tista’ tidħol f’kompetizzjoni ma’ impriżi oħra. F’dan ir-rigward, impriża mhijiex neċessarjament imċaħħda mil-libertà ta’ azzjoni mis-sempliċi fatt li d-deċiżjonijiet li jikkonċernawha huma kkontrollati mill-awtorità li tikkontrollaha, jekk hija tista’ xorta waħda teżerċita parti importanti mill-attività ekonomika tagħha ma’ operaturi oħra. Min-naħa l-oħra, meta l-provvisti ta’ din l-impriża huma sostanzjalment iddestinati għal din l-unika jew dawn l-uniċi entitajiet, jidher iġġustifikat li din l-impriża taħrab mill-obbligi tad-Direttiva 2004/18, peress li dawn huma ddettati bil-ħsieb li jippreżervaw kompetizzjoni li f’dan il-każ, ma għadhiex tgħodd.

    Minn dan jirriżulta li kull attività tal-entità tal-għoti li hija ddedikata lejn persuni oħrajn minn dawk li jżommuha, jiġifieri lil persuni li ma għandhom ebda rabta ta’ kontroll ma’ din l-entità, kienu awtoritajiet pubbliċi, għandu jiġi kkunsidrat bħala eżerċitat favur terzi.

    (ara l-punti 33, 34, 38, dispożittiv 1)

  4.  Fir-rigward tal-eċċezzjoni għall-obbligu li jiġu applikati r-regoli dwar il-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fir-rigward tal-għotjiet imsejħa “in house”, għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk l-entità kontraenti twettaq il-parti essenzjali tal-attività tagħha għall-entitajiet territorjali li huma l-azzjonisti tagħha u li jeżerċitaw fuqha, b’mod konġunt, kontroll analogu għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, fosthom tista’ tidher l-attività li din l-entità kontraenti wettqet għal dawn l-istess entitajiet territorjali qabel ma tali kontroll konġunt ma sar effettiv.

    Fil-fatt, sabiex tiġi evalwata l-kundizzjoni dwar it-twettiq tal-parti essenzjali tal-attività, il-qorti nazzjonali għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-fatti kollha tal-każ, kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi. F’dan ir-rigward, fir-rigward tal-attivitajiet tal-entità kontraenti li skadew qabel id-data tal-għoti tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, dawn jistgħu jikkostitwixxu indizju tal-importanza tal-attività li l-imsemmija entità tippjana li teżerċita għall-awtoritajiet territorjali azzjonisti tagħha wara li l-kontroll analogu tagħhom daħal fis-seħħ.

    (ara l-punti 40-42, dispożittiv 2)

Top