Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0539

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016.
    Daniel Bowman vs Pensionsversicherungsanstalt.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 2(1) u (2) – Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Ftehim kollettiv ta’ xogħol – Estensjoni tat-terminu għall-avvanz mill-ewwel għat-tieni skala salarjali – Inugwaljanza fit-trattament indiretta bbażata fuq l-età.
    Kawża C-539/15.

    Court reports – general

    Kawża C‑539/15

    Daniel Bowman

    vs

    Pensionsversicherungsanstalt

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 2(1) u (2) – Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Ftehim kollettiv ta’ xogħol – Estensjoni tat-terminu għall-avvanz mill-ewwel għat-tieni skala salarjali – Inugwaljanza fit-trattament indiretta bbażata fuq l-età”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016

    Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Direttiva 2000/78 – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Ftehim kollettiv ta’ xogħol li jipprevedi terminu għall-avvanz mill-ewwel għat-tieni skala salarjali itwal minn dak li japplika bejn l-iskali segwenti – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Estensjoni,li tapplika għal kull impjegat li jibbenefika mit-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi skolastiċi għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tiegħu fl-iskali salarjali

    (Direttiva tal-Kunsill 2000/78, Artikolu 2(1) u (2))

    L-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva 2000/78, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix ftehim kollettiv ta’ xogħol nazzjonali, li bis-saħħa tiegħu impjegat, li jibbenefika mit-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi skolastiċi għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tiegħu fl-iskali salarjali, huwa suġġett għal estensjoni tat-terminu għall-avvanz mill-ewwel għat-tieni skala salarjali, peress li din l-estensjoni tapplika għal kull impjegat li jibbenefika mit-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn il-perijodi, inkluż b’mod retroattiv għal dawk li jkunu diġà laħqu l-iskali segwenti.

    Fil-fatt, tali ftehim ma jwassalx għal differenza fit-trattament ibbażata direttament fuq l-età fil-konfront ta’ tali impjegat.

    Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni tal-impjegati tal-amministrazzjoni fl-iskali salarjali tiddependi b’mod partikolari mill-perijodi skolastiċi mwettqa. Dawn il-perijodi skolastiċi jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-imsemmija klassifikazzjoni, irrispettivament mill-età tal-impjegat fil-mument tar-reklutaġġ tiegħu. Għaldaqstant, tali skema hija bbażata fuq kriterju li la huwa indissoċjabbilment u lanqas indirettament marbut mal-età tal-impjegati.

    Għalhekk, anki jekk ħaddiem żagħżugħ, li jkun għadu kemm ġie rreklutat u li għandu biss ftit esperjenza, li jitlob li l-perijodi skolastiċi tiegħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-klassifikazzjoni fl-iskali salarjali, ser ikun, fil-prattika, suġġett għall-estensjoni tat-terminu għall-avvanz fi ħdan l-ewwel skala, jibqa’ l-fatt li ħaddiem iktar anzjan u li jibbenefika minn perijodu ta’ servizz sinjifikattiv fi ħdan l-amministrazzjoni u li jressaq talba identika ser ikun, ukoll u bl-istess mod, virtwalment jew retroattivament, suġġett għall-istess estensjoni.

    (ara l-punti 23, 28, 30, 33 u d-dispożittiv)

    Top