EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0528

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017.
Policie ČR, Krajské ředitelství policie Ústeckého kraje, odbor cizinecké policie vs Salah Al Chodor et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kriterji u mekkaniżmi sabiex ikun iddeterminat liema huwa l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali – Regolament (UE) Nru 604/2013 (Dublin III) – Artikolu 28(2) – Detenzjoni għall-finijiet ta’ trasferiment – Artikolu 2(n) – Riskju sinjifikattiv ta’ ħarba – Kriterji oġġettivi – Assenza ta’ definizzjoni legali.
Kawża C-528/15.

Court reports – general

Kawża C‑528/15

Policie ČR, Krajské ředitelství policie Ústeckého kraje, odbor cizinecké policie

vs

Salah Al Chodor et

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Nejvyšší správní soud)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kriterji u mekkaniżmi sabiex ikun iddeterminat liema huwa l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali – Regolament (UE) Nru 604/2013 (Dublin III) – Artikolu 28(2) – Detenzjoni għall-finijiet ta’ trasferiment – Artikolu 2(n) – Riskju sinjifikattiv ta’ ħarba – Kriterji oġġettivi – Assenza ta’ definizzjoni legali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017

Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Kriterji u mekkaniżmi sabiex ikun iddeterminat liema huwa l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali – Regolament Nru 604/2013 – Tqegħid taħt detenzjoni għall-finijiet ta’ trasferiment – Kundizzjoni – Riskju sinjifikattiv ta’ ħarba – Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu kriterji oġġettivi li jiddefinixxu l-eżistenza ta’ tali riskju f’dispożizzjoni vinkolanti ta’ portata ġenerali

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 604/2013, Artikoli 2(n) u 28(2))

L-Artikolu 2(n), u l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jimponu fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu, f’dispożizzjoni vinkolanti ta’ portata ġenerali, il-kriterji oġġettivi li fuqhom għandhom ikunu bbażati r-raġunijiet biex wieħed jaħseb li l-applikant għal protezzjoni internazzjonali li huwa s-suġġett ta’ proċedura ta’ trasferiment jista’ jaħrab. L-assenza ta’ tali dispożizzjoni twassal għall-inapplikabbiltà tal-Artikolu 28(2) ta’ dan ir-regolament.

B’teħid inkunsiderazzjoni tal-għan tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati, kif ukoll fid-dawl tal-livell għoli ta’ protezzjoni li jirriżulta mill-kuntest tagħhom, hija biss dispożizzjoni ta’ portata ġenerali li tista’ tissodisfa r-rekwiżiti ta’ ċarezza, ta’ previdibbiltà, ta’ aċċessibbiltà u, b’mod partikolari, ta’ protezzjoni kontra l-arbitrarjetà.

(ara l-punti 43, 47 u d-dispożittiv)

Top