Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0519

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Settembru 2016.
    Trafilerie Meridionali SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-azzar ikkompressat – Multi – Kalkolu tal-ammont tal-multi – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Punt 35 – Ġurisdizzjoni sħiħa – Obbligu ta’ motivazzjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47 – Dritt għal rimedju effettiv f’terminu raġonevoli.
    Kawża C-519/15 P.

    Court reports – general

    Kawża C-519/15 P

    Trafilerie Meridionali SpA

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar ikkompressat — Multi — Kalkolu tal-ammont tal-multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Punt 35 — Ġurisdizzjoni sħiħa — Obbligu ta’ motivazzjoni — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal rimedju effettiv f’terminu raġonevoli”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Settembru 2016

    1. Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża waħda għall-ksur kollu minkejja l-irwol limitat tagħha – Ammissibbiltà

      (Artikolu 101 TFUE)

    2. Appell – Aggravji – Motivazzjoni insuffiċjenti – Rikors mill-Qorti Ġenerali għal motivazzjoni impliċita – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

      (Artikolu 256 TFUE ; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53)

    3. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ defiċit tal-impriża kkonċernata – Assenza – Kapaċità ta’ ħlas reali tal-impriża f’kuntest soċjali u ekonomiku partikolari – Teħid inkunsiderazzjoni – Kundizzjonijiet – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza

      (Artikoli 101 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

    4. Appell – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Eżami mill-ġdid, għal raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni li saret mill-Qorti Ġenerali tal-ammont ta’ multi imposti lil impriżi li kisru r-regoli tal-kompetizzjoni tat-trattat – Esklużjoni – Eżami mill-ġdid ta’ din l-evalwazzjoni għal motivi bbażati fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Ammissibbiltà – Osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni

      (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE, 256 TFUE u 261 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

    5. Proċedura ġudizzjarja – Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali – Terminu raġonevoli – Kawża dwar l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu raġonevoli – Konsegwenzi – Użu ta’ rikors għad-danni bħala rimedju effettiv

      (Artikoli 263 TFUE u 340 TFUE ; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

    6. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Talba bbażata fuq tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali – Kundizzjonijiet – Obbligu li tittieħed deċiżjoni f’kompożizzjoni differenti minn dik li ddeċidiet it-tilwima li tat lok għall-proċedura kkaratterizzata mit-tul ikkritikat

      (Artikoli 256 TFUE u 340 TFUE ; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

    7. Proċedura ġudizzjarja – Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali – Terminu raġonevoli – Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE, 256(1) TFUE, 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE ; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 31-33)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 41)

    3.  Billi tesponi r-raġunijiet li għalihom hija tqis li impriża hija f’pożizzjoni li tħallas l-ammont tal-multa li ġiet imposta għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Qorti Ġenerali tista’, mingħajr ma twettaq żball ta’ liġi, tillimita ruħha li tirrispondi għall-ilment imressaq quddiemha li jallega ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, billi tikkonstata li s-sitwazzjonijiet, fuq il-livell finanzjarju, ta’ impriżi oħra kkundannati għall-istess ksur huma differenti minn dawk tal-impriża rikorrenti u li huwa fid-dawl ta’ dawn id-differenzi, u mhux fid-dawl tal-modalitajiet ta’ parteċipazzjoni ta’ dawn l-impriżi fil-ksur, li l-Kummissjoni qieset li kien xieraq li jitnaqqas parzjalment l-ammont tal-multa inkwistjoni, ikkalkolat b’mod li tittieħed inkunsiderazzjoni l-assenza ta’ kapaċità ta’ ħlas ta’ kull waħda minn dawn l-impriżi.

      (ara l-punti 44, 45)

    4.  L-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali huwa ssodisfatt meta, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali tiddetermina l-ammont tal-multa imposta fuq impriża għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, fl-ewwel lok, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur uniku, fit-tieni lok, billi tesponi ċ-ċirkustanzi speċifiċi għas-sitwazzjoni ta’ din l-impriża li hija tqis rilevanti fir-rigward, b’mod partikolari, tal-gravità u tat-tul tal-parteċipazzjoni tagħha f’dan il-ksur, it-tielet lok, billi tieħu inkunsiderazzjoni wkoll, matul id-determinazzjoni tal-ammont ta’ din il-multa, in-neċessità li tiżgura effett suffiċjentement dissważiv tagħha kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, u fl-aħħar nett, billi la tqis ruħha marbuta mill-kalkoli tal-Kummissjoni u lanqas mil-Linji Gwida tagħha, iżda billi tagħmel l-evalwazzjoni tagħha tal-ammont tal-multa b’kunsiderazzjoni għaċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, anki jekk la speċifikat il-metodu ta’ kalkolu u lanqas, b’mod partikolari, ma speċifikat il-piż attribwit lil kull wieħed mill-elementi fattwali rilevanti li tkun ħadet inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward. Fil-fatt, huwa biss sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-livell tas-sanzjoni huwa mhux biss mhux xieraq, iżda wkoll eċċessiv, tant li huwa sproporzjonat, li jkun hemm lok li jiġi kkonstatat żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali, minħabba n-natura mhux xierqa tal-ammont ta’ multa.

      (ara l-punti 53-56)

    5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 65)

    6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 66)

    7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 67)

    Top