Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0496

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017.
    Alphonse Eschenbrenner vs Bundesagentur für Arbeit.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-ħaddiema – Artikolu 45 TFUE – Regolament (KE) Nru 492/2011 – Artikolu 7 – Ugwaljanza fit-trattament – Ħaddiem fruntalier suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fl-Istat Membru ta’ residenza – Kumpens mħallas mill-Istat Membru ta’ impjieg fil-każ tal-insolvenza tal-persuna li timpjega – Modalitajiet ta’ kalkolu tal-kumpens għal insolvenza – Teħid inkunsiderazzjoni fittizju tat-taxxa fuq id-dħul tal-Istat Membru ta’ impjieg – Kumpens għal insolvenza inqas mir-remunerazzjoni netta preċedenti – Konvenzjoni bilaterali għall-ħelsien mit-taxxa doppja.
    Kawża C-496/15.

    Court reports – general

    Kawża C-496/15

    Alphonse Eschenbrenner

    vs

    Bundesagentur für Arbeit

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Landessozialgericht Rheinland-Pfalz, Mainz)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-ħaddiema – Artikolu 45 TFUE – Regolament (KE) Nru 492/2011 – Artikolu 7 – Ugwaljanza fit-trattament – Ħaddiem fruntalier suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fl-Istat Membru ta’ residenza – Kumpens mħallas mill-Istat Membru ta’ impjieg fil-każ tal-insolvenza tal-persuna li timpjega – Modalitajiet ta’ kalkolu tal-kumpens għal insolvenza – Teħid inkunsiderazzjoni fittizju tat-taxxa fuq id-dħul tal-Istat Membru ta’ impjieg – Kumpens għal insolvenza inqas mir-remunerazzjoni netta preċedenti – Konvenzjoni bilaterali għall-ħelsien mit-taxxa doppja”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017

    Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Ugwaljanza fit-trattament – Ħaddiem fruntalier suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fl-Istat Membru ta’ residenza – Kumpens mħallas mill-Istat Membru ta’ impjieg fil-każ tal-insolvenza tal-persuna li timpjega – Modalitajiet ta’ kalkolu tal-kumpens għal insolvenza – Teħid inkunsiderazzjoni fittizju tat-taxxa fuq id-dħul tal-Istat Membru ta’ impjieg – Ammissibbiltà

    (Artikolu 45 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 492/2011, Artikolu 7)

    L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ammont tal-kumpens għal insolvenza, mogħti minn Stat Membru lil ħaddiem fruntalier li la ma huwa suġġett għat-taxxa fuq id-dħul f’dan l-Istat u lanqas ma huwa responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq dan il-kumpens, jiġi stabbilit billi t-taxxa fuq id-dħul, kif applikabbli fl-imsemmi Stat, titnaqqas mir-remunerazzjoni li sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-imsemmi kumpens, bil-konsegwenza li dan il-ħaddiem fruntalier ma jirċevix, għall-kuntrarju tal-persuni li jirrisjedu u li jaħdmu f’dan l-istess Stat, kumpens li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni netta preċedenti tiegħu. Iċ-ċirkustanza li tali ħaddiem fruntalier ma jkollux, fil-konfront tal-persuna li timpjegah, dritt għal kreditu li jikkorrispondi għall-parti mis-salarju gross preċedenti tiegħu li ma jkunx irċieva minħabba dan it-tnaqqis, hija irrilevanti f’dan ir-rigward.

    (ara l-punt 59 u d-dispożittiv)

    Top