Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0486

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Novembru 2016.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża u Orange.
    Appell – Għajnuna mill-Istat – Miżuri finanzjarji favur France Télécom – Offerta bil-quddiem ta’ azzjonist – Dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ rappreżentanti tal-Istat Franċiż – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni – Kunċett ta’ ‘għajnuna’ – Kunċett ta’ ‘vantaġġ ekonomiku’ – Kriterju ta’ investitur privat avżat – Obbligu ta’ motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali – Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju – Żnaturament tad-deċiżjoni kontenzjuża.
    Kawża C-486/15 P.

    Court reports – general

    Kawża C-486/15 P

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Ir-Repubblika Franċiża
    u
    Orange

    “Appell – Għajnuna mill-Istat – Miżuri finanzjarji favur France Télécom – Offerta bil-quddiem ta’ azzjonist – Dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ rappreżentanti tal-Istat Franċiż – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni – Kunċett ta’ ‘għajnuna’ – Kunċett ta’ ‘vantaġġ ekonomiku’ – Kriterju ta’ investitur privat avżat – Obbligu ta’ motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali – Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju – Żnaturament tad-deċiżjoni kontenzjuża”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Novembru 2016

    1. Appell–Aggravji–Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni–Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali–Ammissibbiltà–Kundizzjonijiet

      (Artikolu 296 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53)

    2. Għajnuna mogħtija mill-Istati–Kunċett–Applikazzjoni tal-kriterju ta’ investitur privat–Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni–Stħarriġ ġudizzjarju–Limiti

      (Artikolu 107(1) TFUE)

    3. Appell–Aggravji–Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti–Inammissibbiltà–Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali–Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

      (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

    4. Għajnuna mogħtija mill-Istati–Kunċett–Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat–Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-operazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha–Teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi sussegwenti għall-adozzjoni tal-miżura kkonċernata–Esklużjoni

      (Artikolu 107(1) TFUE)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 79, 80)

    2.  Il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, kif stabbilit fit-Trattat FUE, huwa ta’ natura legali u għandu jiġi interpretat fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi. Għal din ir-raġuni, il-qorti tal-Unjoni għandha, bħala prinċipju u fid-dawl tal-elementi konkreti tat-tilwima mressqa quddiemha u kif ukoll tan-natura teknika jew kumplessa tal-evalwazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, teżerċita stħarriġ sħiħ fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk miżura tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.

      Madankollu, l-istħarriġ ġudizzjarju huwa limitat, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk miżura tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, meta l-evalwazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni jkunu ta’ natura teknika jew kumplessa.

      F’dan ir-rigward, meta jkun hemm lok, għall-Kummissjoni, sabiex tivverifika jekk miżura tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, li tapplika l-kriterju ta’ investitur privat avżat f’ekonomija tas-suq, l-użu ta’ dan il-kriterju jimplika, b’mod ġenerali, min-naħa tal-Kummissjoni evalwazzjoni ekonomika kumplessa.

      Fil-fatt, għalkemm il-Qorti tal-Unjoni ma għandhiex tissostitwixxi l-evalwazzjoni ekonomika tal-Kummissjoni b’dik tagħha, hija għandha, b’mod partikolari, mhux biss tivverifika l-eżattezza materjali tal-provi invokati, l-affidabbiltà tagħhom u l-koerenza tagħhom, iżda għandha wkoll tistħarreġ jekk dawn il-provi jikkostitwixxux id-data rilevanti kollha li għandha titqies fl-evalwazzjoni ta’ sitwazzjoni kumplessa u jekk dawn humiex ta’ natura li jsostnu l-konklużjonijiet dedotti minnhom.

      (ara l-punti 87-89, 91)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 97-99)

    4.  Elementi li jseħħu wara l-mument li fih il-miżura kkonċernata tiġi adottata ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ investitur privat avżat. Din l-evalwazzjoni għandha ssir b’rabta mal-elementi disponibbli fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni li jsir l-investiment.

      F’dan ir-rigward, il-mument li fih id-deċiżjoni li jsir l-investiment ittieħdet u dak li fih il-miżura ġiet adottata ma jikkoinċidux neċessarjament, peress li din id-deċiżjoni tista’ tittieħed qabel ma l-miżura tiġi adottata.

      (ara l-punti 139-141)

    Top