This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0434
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Diċembru 2017.
Asociación Profesional Elite Taxi vs Uber Systems Spain, SL.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 56 TFUE – Artikolu 58(1) TFUE – Servizzi fil-qasam tat-trasport – Direttiva 2006/123/KE – Servizzi fis-suq intern – Direttiva 2000/31/KE – Direttiva 98/34/KE – Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Servizz ta’ intermedjazzjoni li jippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, it-tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani – Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni.
Kawża C-434/15.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
Kawża C‑434/15
Asociación Profesional Elite Taxi
vs
Uber Systems Spain SL
(talba għal deċiżjoni preliminari,
imressqa mill-Juzgado Mercantil no 3 de Barcelona)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 56 TFUE – Artikolu 58(1) TFUE – Servizzi fil-qasam tat-trasport – Direttiva 2006/123/KE – Servizzi fis-suq intern – Direttiva 2000/31/KE – Direttiva 98/34/KE – Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Servizz ta’ intermedjazzjoni li jippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, it-tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani – Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal‑20 ta’ Diċembru 2017
Domandi preliminari–Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja–Limiti–Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali–Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima–Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikklassifika, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, il-fatti stabbiliti mill-qorti nazzjonali
(Artikolu 267 TFUE)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet–Kummerċ elettroniku–Direttiva 2000/31–Kamp ta’ applikazzjoni–Servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni–Kunċett–Servizz ta’ intermedjazzjoni, bħal UberPop, li jippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, it-tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani–Esklużjoni
(Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/34, kif emendata bid-Direttiva 98/48, il-punt 2 tal-Artikolu 1, 2000/31, Artikolu 2(a), u 2006/123, Artikolu 2(2)(d))
Libertà li jiġu pprovduti servizzi–Servizzi fis-suq intern–Direttiva 2006/123–Kamp ta’ applikazzjoni–Servizzi fil-qasam tat-trasport–Kunċett–Servizz ta’ intermedjazzjoni, bħal UberPop, li jippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, it-tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani–Esklużjoni
(Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/34, kif emendata bid-Direttiva 98/48, il-punt 2 tal-Artikolu 1, 2000/31, Artikolu 2(a), u 2006/123, Artikolu 2(2)(d))
Libertà li jiġu pprovduti servizzi–Dispożizzjonijiet tat-Trattat–Kamp ta’ applikazzjoni–Servizzi fil-qasam tat-trasport fis-sens tal-Artikolu 58(1) TFUE–Kunċett–Servizz ta’ intermedjazzjoni, bħal UberPop, li jippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, it-tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani–Inklużjoni–Konsegwenza–Esklużjoni tal-imsemmi servizz mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE u tad-Direttivi 2006/123 u 2000/31
(Artikoli 56 TFUE u 58(1) TFUE; direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/34, kif emendata bid-Direttiva 98/48, il-punt 2 tal-Artikolu 1, 2000/31, Artikolu 2(a), u 2006/123, Artikolu 2(2)(d))
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-qorti tar-rinviju indikat b’mod ċar, kif jirriżulta mill-punt 17 ta’ din is-sentenza, li d-domandi tagħha ma jirrigwardawx il-konstatazzjoni jew l-evalwazzjoni tal-fatti tal-kawża prinċipali, iżda sempliċement il-klassifikazzjoni ġuridika tas-servizz inkwistjoni. Issa, il-klassifikazzjoni fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni ta’ fatti stabbiliti mill-imsemmija qorti tippreżumi interpretazzjoni ta’ dan id-dritt li fir-rigward tagħha, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2015, Banif Plus Bank, C‑312/14, EU:C:2015:794, punti 51 u 52). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula.
(ara l-punti 20, 21)
B’hekk, servizz ta’ intermedjazzjoni li jippermetti t-trażmissjoni permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones ta’ informazzjoni dwar il-prenotazzjoni tas-servizz ta’ trasport bejn il-passiġġier u x-xufier mhux professjonist li juża l-karozza tiegħu stess u li ser iwettaq it-trasport jissodisfa, bħala prinċipju, il-kriterji sabiex dan jiġi kklassifikat bħala “servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34, imsemmi fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31. Dan is-servizz ta’ intermedjazzjoni jikkostitwixxi, kif tipprevedi d-definizzjoni li tinsab fl-imsemmija dispożizzjoni tad-Direttiva 98/34, “servizz normalment ipprovdut għal rimunerazzjoni, mill-bogħod, b’mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali ta’ riċevitur ta’ servizzi”.
Madankollu, għandu jiġi rrilevat li servizz bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma huwiex biss servizz ta’ intermedjazzjoni li jikkonsisti fi tqegħid f’kuntatt, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, ta’ xufier mhux professjonist li juża l-karozza tiegħu stess ma’ persuna li tixtieq twettaq vjaġġ urban. Fil-fatt, f’sitwazzjoni, bħal dik imsemmija mill-qorti tar-rinviju, fejn it-trasport tal-passiġġieri huwa żgurat minn xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess, il-fornitur ta’ dan is-servizz ta’ intermedjazzjoni joħloq fl-istess ħin offerta ta’ servizzi ta’ trasport urban, li huwa jirrendi aċċessibbli b’mod partikolari permezz ta’ għodod informatiċi, bħall-applikazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u jorganizza l-funzjonament ġenerali tagħha favur persuni li jkunu jixtiequ jirrikorru għal din l-offerta għall-finijiet ta’ vvjaġġar urban. F’dan ir-rigward, mill-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-servizz ta’ intermedjazzjoni ta’ Uber huwa bbażat fuq l-għażla ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess u li lilhom din il-kumpannija tipprovdi applikazzjoni li mingħajra, minn naħa, dawn ix-xufiera ma jkunux jistgħu jipprovdu servizzi ta’ trasport u, min-naħa l-oħra, il-persuni li jixtiequ jagħmlu vjaġġ urban ma jkunux jistgħu jirrikorru għas-servizzi tal-imsemmija xufiera. Barra minn hekk, Uber teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-kundizzjonijiet għas-servizz ipprovdut minn tali xufiera. Dwar dan l-aħħar punt, jidher b’mod partikolari li Uber tistabbilixxi, permezz tal-applikazzjoni tal-istess isem, għall-inqas il-prezz massimu tal-vjaġġ, li din il-kumpannija tiġbor dan il-prezz mill-klijent qabel ma tħallas parti minnu lix-xufier mhux professjonist tal-vettura, u li hija teżerċita ċertu kontroll fuq il-kwalità tal-vetturi u tax-xufiera tagħhom kif ukoll fuq l-aġir ta’ dawn tal-aħħar, li jista’ jwassal, jekk ikun il-każ, għall-esklużjoni tagħhom.
Dan is-servizz ta’ intermedjazzjoni għandu għalhekk jitqies li huwa parti integrali ta’ servizz globali li l-element prinċipali tiegħu huwa servizz ta’ trasport u, għaldaqstant, li jissodisfa l-klassifikazzjoni mhux bħala “servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34, imsemmi fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31, iżda bħala “servizz fil-qasam tat-trasport”, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123. Konsegwentement, id-Direttiva 2000/31 ma hijiex applikabbli għal servizz ta’ intermedjazzjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
(ara l-punti 35, 37 sa 40, 42)
Madankollu, għandu jiġi rrilevat li servizz bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma huwiex biss servizz ta’ intermedjazzjoni li jikkonsisti fi tqegħid f’kuntatt, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, ta’ xufier mhux professjonist li juża l-karozza tiegħu stess ma’ persuna li tixtieq twettaq vjaġġ urban. Fil-fatt, f’sitwazzjoni, bħal dik imsemmija mill-qorti tar-rinviju, fejn it-trasport tal-passiġġieri huwa żgurat minn xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess, il-fornitur ta’ dan is-servizz ta’ intermedjazzjoni joħloq fl-istess ħin offerta ta’ servizzi ta’ trasport urban, li huwa jirrendi aċċessibbli b’mod partikolari permezz ta’ għodod informatiċi, bħall-applikazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u jorganizza l-funzjonament ġenerali tagħha favur persuni li jkunu jixtiequ jirrikorru għal din l-offerta għall-finijiet ta’ vvjaġġar urban. F’dan ir-rigward, mill-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-servizz ta’ intermedjazzjoni ta’ Uber huwa bbażat fuq l-għażla ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess u li lilhom din il-kumpannija tipprovdi applikazzjoni li mingħajra, minn naħa, dawn ix-xufiera ma jkunux jistgħu jipprovdu servizzi ta’ trasport u, min-naħa l-oħra, il-persuni li jixtiequ jagħmlu vjaġġ urban ma jkunux jistgħu jirrikorru għas-servizzi tal-imsemmija xufiera. Barra minn hekk, Uber teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-kundizzjonijiet għas-servizz ipprovdut minn tali xufiera. Dwar dan l-aħħar punt, jidher b’mod partikolari li Uber tistabbilixxi, permezz tal-applikazzjoni tal-istess isem, għall-inqas il-prezz massimu tal-vjaġġ, li din il-kumpannija tiġbor dan il-prezz mill-klijent qabel ma tħallas parti minnu lix-xufier mhux professjonist tal-vettura, u li hija teżerċita ċertu kontroll fuq il-kwalità tal-vetturi u tax-xufiera tagħhom kif ukoll fuq l-aġir ta’ dawn tal-aħħar, li jista’ jwassal, jekk ikun il-każ, għall-esklużjoni tagħhom.
Dan is-servizz ta’ intermedjazzjoni għandu għalhekk jitqies li huwa parti integrali ta’ servizz globali li l-element prinċipali tiegħu huwa servizz ta’ trasport u, għaldaqstant, li jissodisfa l-klassifikazzjoni mhux bħala “servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34, imsemmi fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31, iżda bħala “servizz fil-qasam tat-trasport”, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123. Tali servizz, sa fejn jaqa’ taħt il-klassifikazzjoni bħala “servizz fil-qasam tat-trasport”, lanqas ma huwa suġġett għad-Direttiva 2006/123, peress li dawn it-tipi ta’ servizzi huma, skont l-Artikolu 2(2)(d) ta’ din id-direttiva, fost is-servizzi espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.
(ara l-punti 37 sa 40, 43)
L-Artikolu 56 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 58(1) TFUE, kif ukoll l-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, u l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Lulju 1998, imsemmi fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), għandhom jiġu interpretati fis-sens li servizz ta’ intermedjazzjoni, bħal dak fil-kawża prinċipali, li għandu bħala għan, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, it-tqegħid f’kuntatt, bi ħlas, ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġ urban, għandu jitqies li huwa marbut b’mod indissoċjabbli ma’ servizz ta’ trasport u li jaqa’, għalhekk, taħt il-klassifikazzjoni ta’ “servizz fil-qasam tat-trasport”, fis-sens tal-Artikolu 58(1) TFUE. Tali servizz għandu, għaldaqstant, jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE, tad-Direttiva 2006/123 u tad-Direttiva 2000/31.
Fil-fatt, f’sitwazzjoni, bħal dik imsemmija mill-qorti tar-rinviju, fejn it-trasport tal-passiġġieri huwa żgurat minn xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess, il-fornitur ta’ dan is-servizz ta’ intermedjazzjoni joħloq fl-istess ħin offerta ta’ servizzi ta’ trasport urban, li huwa jirrendi aċċessibbli b’mod partikolari permezz ta’ għodod informatiċi, bħall-applikazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u jorganizza l-funzjonament ġenerali tagħha favur persuni li jkunu jixtiequ jirrikorru għal din l-offerta għall-finijiet ta’ vvjaġġar urban. F’dan ir-rigward, mill-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-servizz ta’ intermedjazzjoni ta’ Uber huwa bbażat fuq l-għażla ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess u li lilhom din il-kumpannija tipprovdi applikazzjoni li mingħajra, minn naħa, dawn ix-xufiera ma jkunux jistgħu jipprovdu servizzi ta’ trasport u, min-naħa l-oħra, il-persuni li jixtiequ jagħmlu vjaġġ urban ma jkunux jistgħu jirrikorru għas-servizzi tal-imsemmija xufiera. Barra minn hekk, Uber teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-kundizzjonijiet għas-servizz ipprovdut minn tali xufiera. Dwar dan l-aħħar punt, jidher b’mod partikolari li Uber tistabbilixxi, permezz tal-applikazzjoni tal-istess isem, għall-inqas il-prezz massimu tal-vjaġġ, li din il-kumpannija tiġbor dan il-prezz mill-klijent qabel ma tħallas parti minnu lix-xufier mhux professjonist tal-vettura, u li hija teżerċita ċertu kontroll fuq il-kwalità tal-vetturi u tax-xufiera tagħhom kif ukoll fuq l-aġir ta’ dawn tal-aħħar, li jista’ jwassal, jekk ikun il-każ, għall-esklużjoni tagħhom.
Dan is-servizz ta’ intermedjazzjoni għandu għalhekk jitqies li huwa parti integrali ta’ servizz globali li l-element prinċipali tiegħu huwa servizz ta’ trasport u, għaldaqstant, li jissodisfa l-klassifikazzjoni mhux bħala “servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34, imsemmi fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31, iżda bħala “servizz fil-qasam tat-trasport”, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123.
(ara l-punti 38 sa 40, 48 u d-dispożittiv)