Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0423

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016.
Nils-Johannes Kratzer vs R+V Allgemeine Versicherung AG.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 3(1)(a) – Direttiva 2006/54/KE – Ugwaljanza tal-opportunitajiet u ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 14(1)(a) – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ ‘aċċess għall-impjieg, għal xogħol ta’ min jaħdem għal rasu u għal xogħol ieħor’ – Preżentazzjoni ta’ kandidatura għal impjieg intiża li jinkiseb l-istatus formali ta’ applikant biss sabiex jintalab kumpens għal diskriminazzjoni – Abbuż ta’ dritt.
Kawża C-423/15.

Court reports – general

Kawża C‑423/15

Nils-Johannes Kratzer

vs

R+V Allgemeine Versicherung AG

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 3(1)(a) — Direttiva 2006/54/KE — Ugwaljanza tal-opportunitajiet u ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 14(1)(a) — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ ‘aċċess għall-impjieg, għal xogħol ta’ min jaħdem għal rasu u għal xogħol ieħor’ — Preżentazzjoni ta’ kandidatura għal impjieg intiża li jinkiseb l-istatus formali ta’ applikant biss sabiex jintalab kumpens għal diskriminazzjoni — Abbuż ta’ dritt”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Eżerċizzju abbużiv ta’ dritt li jirriżulta minn dispożizzjoni tal-Unjoni – Tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu prattika abbużiva – Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Verifika li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali

  3. Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Direttivi 2000/78 u 2006/54 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ ‘aċċess għall-impjieg, għal xogħol ta’ min jaħdem għal rasu u għal xogħol ieħor’ – Preżentazzjoni ta’ kandidatura għal impjieg intiża li jinkiseb l-istatus formali ta’ applikant biss sabiex jintalab kumpens għal diskriminazzjoni – Esklużjoni – Abbuż ta’ dritt – Kundizzjoni

    [Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/54, Artikolu 14(1)(a), 18 u 25 ; Direttiva tal-Kunsill 2000/78, Artikoli 3(1)(a) u 17]

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 27)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 37-42)

  3.  L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2000/78, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, u l-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2006/54, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li sitwazzjoni li fiha persuna, billi tippreżenta l-kandidatura tagħha għal impjieg, tfittex li tikseb mhux dan l-impjieg, iżda biss l-istatus formali ta’ applikant, bl-għan waħdieni li titlob kumpens, ma taqax taħt il-kunċett ta’ “aċċess għall-impjieg jew xogħol” fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u tista’, jekk ir-rekwiżiti taħt id-dritt tal-Unjoni jkunu ssodisfatti, tiġi kklassifikata bħala abbuż ta’ dritt.

    Fil-fatt, skont il-kliem stess tat-titolu ta’ dawn id-direttivi, dawn jikkonċernaw il-qasam tal-impjieg u tax-xogħol.

    Madankollu, persuna li tissottometti l-kandidatura għal impjieg tagħha fil-kundizzjonijiet deskritti manifestament ma tfittix li tikseb impjieg li fir-rigward tiegħu hija tkun formalment applikat. Konsegwentement, hija ma tistax tinvoka l-protezzjoni offruta mid-Direttivi 2000/78 u 2006/54. Interpretazzjoni kuntrarja tkun inkompatibbli mal-għan tagħhom, li huwa dak li tiġi żgurata ugwaljanza fit-trattament “fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol” lil kull persuna, billi tingħata protezzjoni effikaċji kontra ċerta diskriminazzjoni, b’mod partikolari, fir-rigward tal-“aċċess għall-impjieg”.

    Barra minn hekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi, tali persuna ma tistax titqies li hija “vittma” fis-sens tal-Artikoli 17 tad-Direttiva 2000/78 u 25 tad-Direttiva 2006/54, jew persuna leża li tkun ġarrbet “telf” jew “ħsara” fis-sens tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/54.

    (ara l-punti 31, 35, 36, 44 u d-dispożittiv)

Top