Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0406

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017.
    Petya Milkova vs Izpalnitelen direktor na Agentsiata za privatizatsia i sledprivatizatsionen kontrol.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbilità – Artikoli 5 u 27 – Id-Direttiva 2000/78/KE. – Artikolu 7 – Protezzjoni msaħħa f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà – Assenza ta’ tali protezzjoni għal uffiċjali b’diżabbiltà – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
    Kawża C-406/15.

    Court reports – general

    Kawża C-406/15

    Petya Milkova

    vs

    Izpalnitelen direktor na Agentsiata za privatizatsia i sledprivatizatsionen kontrol,

    (talba għal deċiżjoni preliminari,

    imressqa mill-Varhoven administrativen sad)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbilità – Artikoli 5 u 27 – Id-Direttiva 2000/78/KE. – Artikolu 7 – Protezzjoni msaħħa f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà – Assenza ta’ tali protezzjoni għal uffiċjali b’diżabbiltà – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament"

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017

    Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Direttiva 2000/78 – Interpretazzjoni tal-imsemmija direttiva fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà – Protezzjoni msaħħa f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà – Assenza ta’ tali protezzjoni għal uffiċjali b’diżabbiltà – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ġenerali tat-trattament ugwali – Verifika mill-qorti nazzjonali – Kriterji – Estenzjoni tal-imsemmija protezzjoni għall-uffiċjali b’diżabbiltà f’każ ta’ ksur tal-imsemmi prinċipju

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 20 u 21; Direttiva tal-Kunsill 2000/78, Artikolu 7(2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48)

    L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, moqri fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, li ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE, tas-26 ta’ Novembru 2009, u flimkien mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, stabbilit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lill-impjegati li jsofru minn ċerti tipi ta’ diżabbiltajiet protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija, mingħajr, għaldaqstant, ma tagħti din il-protezzjoni lill-uffiċjali li jsofru mill-istess tipi ta’ diżabbiltajiet, sakemm ma jiġix stabbilit li jkun inkiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Matul din il-verifika, it-tqabbil tas-sitwazzjonijiet għandu jkun ibbażat fuq analiżi ffokata fuq l-assjem ta’ regoli tad-dritt nazzjonali rilevanti li jirregola l-pożizzjonijiet, minn naħa, tal-ħaddiema impjegati li jsofru minn ċerti tipi ta’ diżabbiltajiet partikolari, minn naħa, u dawk tal-uffiċjali li jsofru mill-istess diżabbiltà, min-naħa l-oħra, inkunsiderazzjoni b’mod partikolari tal-għan tal-protezzjoni kontra t-tkeċċija inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

    Fl-ipoteżi fejn l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2000/78, moqri fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u flimkien mal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-obbligu ta’ osservanza tad-dritt tal-Unjoni jeżiġi li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli nazzjonali li jipproteġu l-impjegati li jsofru minn ċertu tip ta’ diżabbiltà partikolari għandu jiġi estiż, sabiex dawn ir-regoli protettivi jibbenefikaw ukoll lill-uffiċjali li jsofru mill-istess tip ta’ diżabbiltà.

    (ara l-punti 64, 70 u d-dispożittiv 1 u 2)

    Top