EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0351

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Jannar 2017.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Total SA u Elf Aquitaine SA.
Appell – Akkordji – Suq tal-metakrilati – Multi – Responsabbiltà in solidum ta’ kumpanniji omm u tas-sussidjarja tagħhom għall-aġir ta’ ksur ta’ din tal-aħħar – Ħlas tal-multa mis-sussidjarja – Tnaqqis tal-ammont tal-multa tas-sussidjarja wara sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea – Ittri tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea li jeżiġu mill-kumpanniji omm il-ħlas tas-somma rrimborsata minnha lis-sussidjarja, miżjuda bl-interessi moratorji – Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
Kawża C-351/15 P.

Court reports – general

Kawża C‑351/15 P

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Total SA
u
Elf Aquitaine SA

“Appell – Akkordji – Suq tal-metakrilati – Multi – Responsabbiltà in solidum ta’ kumpanniji omm u tas-sussidjarja tagħhom għall-aġir ta’ ksur ta’ din tal-aħħar – Ħlas tal-multa mis-sussidjarja – Tnaqqis tal-ammont tal-multa tas-sussidjarja wara sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea – Ittri tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea li jeżiġu mill-kumpanniji omm il-ħlas tas-somma rrimborsata minnha lis-sussidjarja, miżjuda bl-interessi moratorji – Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Jannar 2017

  1. Appell–Aggravji–Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja–Ammissibbiltà

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

  2. Appell–Aggravji–Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti–Inammissibbiltà–Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi–Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

  3. Appell–Aggravji–Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali–Inammissibbiltà–Kontestazzjoni tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mwettqa mill-Qorti Ġenerali–Ammissibbiltà

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 168(1)(d) u 169(2))

  4. Rikors għal annullament–Atti li jistgħu jiġu kkontestati–Kunċett–Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti–Ittri tal-Kummissjoni li jeżiġu mill-kumpanniji omm, wara t-tnaqqis u r-rimbors parzjali tal-multa inizjalment imħallsa mis-sussidjarja, il-ħlas tal-interessi moratorji–Inklużjoni

    (Artikolu 263 TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 19)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 19)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 30, 31)

  4.  Sabiex jiġi ddeterminat jekk att jistax ikun is-suġġett ta’ rikorsi għal annullament, għandha tingħata importanza lill-kontenut stess ta’ dan l-att, peress li l-forma li biha dan ikun ġie adottat hija, bħala prinċipju, irrilevanti f’dan ir-rigward. Huma biss dawk il-miżuri li jipproduċu effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, billi jibdlu b’mod sinjifikattiv is-sitwazzjoni legali tiegħu, li jikkostitwixxu atti jew deċiżjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati f’rikors għal annullament. Għaldaqstant, ir-rikors għal annullament jista’, bħala prinċipju, jintuża biss fil-konfront ta’ miżura li permezz tagħha l-istituzzjoni kkonċernata tistabbilixxi definittivament, fi tmiem proċedura amministrattiva, il-pożizzjoni tagħha. Min-naħa l-oħra, ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala atti li jistgħu jiġu kkontestati l-atti intermedji, li l-għan tagħhom huwa li jippreparaw id-deċiżjoni finali, kif ukoll l-atti konfermattivi jew dawk purament eżekuttivi, sa fejn tali atti ma humiex intiżi li jipproduċu effetti legali vinkolanti awtonomi minn dawk tal-att tal-istituzzjoni tal-Unjoni li huwa ppreparat, ikkonfermat u eżegwit.

    F’dan ir-rigward, ittri li permezz tagħhom il-Kummissjoni teżiġi mill-kumpanniji omm il-ħlas tal-interessi moratorji fir-rigward ta’ multa, li ġiet imposta fuq is-sussidjarja tagħhom iżda li għall-ħlas tagħha huma responsabbli in solidum u konġuntament dawn il-kumpanniji, għandhom jitqiesu li jipproduċu effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tal-imsemmija kumpanniji omm, billi jbiddlu b’mod sinjifikattiv s-sitwazzjoni legali tagħhom, meta l-ammont inizjali ta’ din il-multa jkun tħallas kompletament minn din is-sussidjarja u l-Kummissjoni ma kinitx, għaldaqstant, intitolata f’dan ir-rigward titlob il-ħlas ta’ interessi moratorji minn dawn l-istess kumpanniji omm. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta kklassifikat dawn l-ittri bħala atti li jistgħu jiġu kkontestati fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.

    (ara l-punti 35-37, 40, 45, 48, 49)

Top