Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0332

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016.
    Giuseppe Astone vs Procura della Repubblica.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 167, 168, 178 sa 182, 193, 206, 242, 244, 250, 252 u 273 – Dritt għal tnaqqis tal-VAT – Rekwiżiti sostantivi – Rekwiżiti proċedurali – Terminu ta’ dekadenza – Dispożizzjonijiet nazzjonali li jeskludu d-dritt għal tnaqqis f’każ ta’ osservanza tal-parti l-kbira tar-rekwiżiti proċedurali – Evażjoni fiskali – Dritt għal tnaqqis tal-VAT – Rekwiżiti sostantivi – Rekwiżiti proċedurali – Terminu ta’ dekadenza – Dispożizzjonijiet nazzjonali li jeskludu d-dritt għal tnaqqis f’każ ta’ osservanza tal-parti l-kbira tar-rekwiżiti proċedurali – Frodi fiskali.
    Kawża C-332/15.

    Court reports – general

    Kawża C‑332/15

    Proċeduri kriminali

    kontra

    Giuseppe Astone

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Treviso)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 167, 168, 178 sa 182, 193, 206, 242, 244, 250, 252 u 273 — Dritt għal tnaqqis tal-VAT — Rekwiżiti sostantivi — Rekwiżiti proċedurali — Terminu ta’ dekadenza — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jeskludu d-dritt għal tnaqqis f’każ ta’ osservanza tal-parti l-kbira tar-rekwiżiti proċedurali — Evażjoni fiskali — Dritt għal tnaqqis tal-VAT — Rekwiżiti sostantivi — Rekwiżiti proċedurali — Terminu ta’ dekadenza — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jeskludu d-dritt għal tnaqqis f’każ ta’ osservanza tal-parti l-kbira tar-rekwiżiti proċedurali — Frodi fiskali”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016

    1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali – Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tad-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi terminu ta' dekadenza għat-tressiq tat-talbiet – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Osservanza tal-prinċipji ta' ekwivalenza u ta’ effettività

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 167, 168, 178, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 179, 180 u 182

    3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-dritt għat-tnaqqis f'każ ta' non osservanza frawdolenta tar-rekwiżiti formali li jirregolaw dan id-dritt – Ammissibbiltà – Ksur tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali – Assenza

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 168, 178, 179, 193206, 242, 244, 250, 252 u 273)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 24)

    2.  L-Artikoli 167, 168, 178, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 179, u l-Artikoli 180 u 182 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ dekadenza għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività jiġu osservati, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

      (ara l-punt 39, dispożittiv 1)

    3.  L-Artikoli 168, 178, 179, 193, 206, 242, 244, 250, 252 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtoritajiet fiskali li jirrifjutaw lil persuna taxxabbli d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) meta jkun stabbilit li din tal-aħħar tkun naqset li twettaq b’mod frawdolenti, il-parti l-kbira tal-obbligi proċedurali li huma imposti fuqha, sabiex tibbenefika minn dan id-dritt.

      B’mod partikolari, l-assenza tas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni tal-VAT, kif ukoll l-assenza ta’ żamma ta’ kontabbiltà, li jippermettu l-applikazzjoni tal-VAT u l-kontroll tagħha mill-awtoritajiet fiskali, u l-assenza ta’ reġistrazzjoni tal-fatturi maħruġa u mħallsa jistgħu jostakolaw il-ġbir eżatt tat-taxxa u, konsegwentement, jikkompromettu l-funzjonament tajjeb tas-sistema komuni tal-VAT. Għaldaqstant, id-dritt tal-Unjoni ma jostakolax lill-Istati Membri li jikkunsidraw li tali nuqqasijiet bħala li jaqgħu taħt evażjoni fiskali u li jirrifjutaw, f’tali każ, il-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis. F'dan ir-rigward, rifjut tad-dritt għal tnaqqis fiċ-ċirkustanzi li jikklassifikaw l-eżistenza ta’ frodi fiskali min-naħa tal-persuna taxxabbli li tippretendi li tibbenefika minn dan id-dritt ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li tmur kontra l-prinċipju ta’ newtralità fiskali, peress li dan ma jistax jiġi validament invokat minn persuna taxxabbli li tkun intenzjonalment ipparteċipat f’din l-evażjoni fiskali u tkun ipperikolat il-funzjonament tas-sistema komuni tal-VAT

      (ara l-punti 56, 58, 59, dispożittiv 2)

    Top