Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0292

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016.
Hörmann Reisen GmbH vs Stadt Augsburg u Landkreis Augsburg.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank – Regolament (KE) Nru 1370/2007 – Artikolu 4(7) – Subappalt – Obbligu għall-operatur li jwettaq huwa stess parti kbira mis-servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri – Portata – Artikolu 5(1) – Kriterji għall-għoti tal-kuntratt – Għoti ta’ kuntratt skont id-Direttiva 2004/18/KE.
Kawża C-292/15.

Court reports – general

Kawża C‑292/15

Hörmann Reisen GmbH

vs

Stadt Augsburg

u

Landkreis Augsburg

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Vergabekammer Südbayern)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank — Regolament (KE) Nru 1370/2007 — Artikolu 4(7) — Subappalt — Obbligu għall-operatur li jwettaq huwa stess parti kbira mis-servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri — Portata — Artikolu 5(1) — Kriterji għall-għoti tal-kuntratt — Għoti ta’ kuntratt skont id-Direttiva 2004/18/KE”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016

  1. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE – Kunċett – Organu ta’ reviżjoni kompetenti fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Inklużjoni

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2014/24 – Applikazzjoni ratione temporis – Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li tagħżel it-tip ta’ proċedura li għandha tiġi segwita għall-aġġudikazzjoni, adottata qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva – Inapplikabbiltà tad-direttiva

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/24, Artikolu 90(1))

  3. Trasport – Servizzi pubbliċi għat-trasport ta’ passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq – Regolament Nru 1370/2007 – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi għat-trasport ta’ passiġġieri b’xarabank – Dispożizzjonijiet applikabbli

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1370/2007, Artikoli 4(7) u 5(1); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 25)

  4. Trasport – Servizzi pubbliċi għat-trasport ta’ passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq – Regolament Nru 1370/2007 – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi għat-trasport ta’ passiġġieri b’xarabank – Setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-frekwenza tal-użu tas-subappalt – Obbligu għall-operatur li jwettaq huwa stess parti kbira mis-servizzi – Ammissibbiltà

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1370/2007, Artikolu 4(7))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 28, 29).

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 32)

  3.  L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1370/2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizz ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-regolament jibqa’ japplika għal dan il-kuntratt.

    Fil-fatt, it-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1370/2007 tinkludi deroga għar-regola ġenerali stabbilita fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, li kuntratt għal provvista ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport ta’ passiġġieri għandu, bħala prinċipju, jingħata skont ir-regoli stabbiliti f’dan ir-regolament, u li l-portata preċiża ta’ din id-deroga hija speċifikata wara fit-tielet sentenza tal-Artikolu 5(1) tal-imsemmi regolament, li jistabbilixxi n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) sa (6) tiegħu. L-ebda dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Artikolu 5 jew tar-Regolament Nru 1370/2007 ma testendi l-portata tal-imsemmija deroga. Konsegwentement, għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizz ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, jirriżulta li huma biss id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) sa (6) tar-Regolament Nru 1370/2007 li ma japplikawx, filwaqt li d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-regolament jibqgħu applikabbli.

    Barra minn hekk, sa fejn kemm l-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-regolament, kif ukoll l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2004/18 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, fornimenti u servizzi, kif emendata bir-Regolament Nru 1336/2013 jinkludu regoli dwar is-subappalt, għandu jitqies li l-ewwel dispożizzjoni hija regola speċjali meta mqabbla ma dawk previsti fit-tieni dispożizzjoni u, bħala lex specialis, tipprevali fuq dawn tal-aħħar.

    (ara l-punti 36, 39-41, 47, 48 u d-dispożittiv 1)

  4.  L-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-iffissar mill-awtorità kompetenti ta’ 70 % tal-proporzjon tal-provvista awtonoma mill-operatur inkarigat bl-amministrazzjoni u bl-implementazzjoni ta’ servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank.

    Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni, fir-rigward tas-subappalt tal-amministrazzjoni u tal-implementazzjoni ta’ servizz pubbliku ta’ trasport irregolat mill-imsemmi regolament, ta lill-awtoritajiet kompetenti setgħa diskrezzjonali wiesgħa. F’dan ir-rigward, bl-istess mod kif huwa leġittimu għal awtorità kontraenti li tipprojbixxi s-subappalt ta’ servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank għall-offerenti rebbieħ tal-kuntratt fil-każ ta’ għoti ta’ dan il-kuntratt skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007, l-imsemmija setgħa diskrezzjonali tinkludi l-possibbiltà li s-subappalt jiġi pprojbit għal parti mill-kuntratt biss. Barra minn hekk, meta s-subappalt ikun previst fil-kuntest tal-amministrazzjoni u tal-implementazzjoni tas-servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri b’xarabank, it-tieni sentenza tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1370/2007 ma tawtorizzax, għall-kuntratt ikkonċernat, subappalt sħiħ, peress li dan jipprevedi li l-operatur magħżul għal dan is-servizz ikun meħtieġ li jimplementa huwa stess parti kbira minnu. Huwa biss fil-każ fejn il-kuntratt pubbliku għal servizz ikun ikopri fl-istess ħin id-disinn, il-kostruzzjoni u l-operat ta’ servizzi pubbliċi għat-trasport ta’ passiġġieri li jista’ jiġi awtorizzat, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-regolament, is-subappalt sħiħ tal-implementazzjoni ta’ dawn is-servizzi.

    (ara l-punti 51-53, 57 u d-dispożittiv 2)

Top