Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0289

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Jannar 2017.
    Proċeduri kriminali kontra Jozef Grundza.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI – Artikolu 7 – Kundizzjoni ta’ kriminalità doppja – Artikolu 9 – Raġuni għal nuqqas ta’ rikonoxximent u għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni bbażata fuq l-assenza ta’ kriminalità doppja – Ċittadin tal-Istat ta’ eżekuzzjoni kkundannat fl-Istat emittenti għal nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni ta’ awtorità pubblika.
    Kawża C-289/15.

    Court reports – general

    Kawża C‑289/15

    Proċeduri kriminali

    vs

    Josef Grundza

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Krajský súd v Prešove)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI – Artikolu 7 – Kundizzjoni ta’ kriminalità doppja – Artikolu 9 – Raġuni għal nuqqas ta’ rikonoxximent u għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni bbażata fuq l-assenza ta’ kriminalità doppja – Ċittadin tal-Istat ta’ eżekuzzjoni kkundannat fl-Istat emittenti għal nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni ta’ awtorità pubblika”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Jannar 2017

    Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas 2008/909 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali – Raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent u ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Kundizzjoni ta’ kriminalità doppja – Stħarriġ – Portata

    (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299, Artikoli 7(3) u 9(1)(d))

    L-Artikolu 7(3) u l-Artikolu (9)(1)(d) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-27 ta’ Novembru 2008, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjoni ta’ kriminalità doppja għandha titqies li hija ssodisfatta f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, meta l-elementi fattwali li huma l-bażi tar-reat, kif riflessi fis-sentenza mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti, ikunu wkoll, bħala tali, punibbli b’sanzjoni kriminali fit-territorju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, fil-każ li jkunu twettqu f’dan it-territorju.

    (ara l-punt 54 u d-dispożittiv)

    Top