This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0286
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016.
Valsts ieņēmumu dienests vs SIA "Latvijas propāna gāze".
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tariffarja – Nomenklatura Magħquda – Intestatura 2711 – Gassijiet miż-żejt u idrokarbonji oħrajn bil-gass – Materjal li tagħti n-natura essenzjali – Gass likwifikat miż-żejt.
Kawża C-286/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016.
Valsts ieņēmumu dienests vs SIA "Latvijas propāna gāze".
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tariffarja – Nomenklatura Magħquda – Intestatura 2711 – Gassijiet miż-żejt u idrokarbonji oħrajn bil-gass – Materjal li tagħti n-natura essenzjali – Gass likwifikat miż-żejt.
Kawża C-286/15.
Court reports – general
Kawża C‑286/15
Valsts ieņēmumu dienests
vs
SIA “Latvijas propāna gāze”
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa, Administratīvo lietu departaments)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestatura 2711 — Gassijiet miż-żejt u idrokarbonji oħrajn bil-gass — Materjal li tagħti n-natura essenzjali — Gass likwifikat miż-żejt”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas‑26 ta’ Mejju 2016
Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Intestaturi tariffarji – Interpretazzjoni – Gassijiet miż-żejt u idrokarbonji oħrajn bil-gass – Komponenti ta’ taħlita ta’ gass li jagħtuha flimkien in-natura essenzjali tagħha – Impossibbiltà li jiġi ddeterminat il-komponent li jagħti n-natura essenzjali – Preżunzjoni li tagħti preferenza lis-sustanza bl-ogħla perċentwali fit-taħlita – Esklużjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolamenti Nru 1031/2008 u Nru 948/2009, Anness I, Regoli Ġenerali 2(b) u 3(b))
Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tal-merkanzija – Kriterji – Karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi tal-prodott
Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Intestaturi tariffarji – Gassijiet miż-żejt u idrokarbonji oħrajn bil-gass – Gass likwifikat miż-żejt, li jinkludi 0.32 % ta’ metan, ta’ etan u ta’ etilene, 58.32 % ta’ propan u ta’ propilene, u mhux iktar minn 39.99 % ta’ butan u ta’ butilene – Klassifikazzjoni fis-subintestatura 2711 19 00 fin-Nomenklatura Magħquda
(Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolamenti Nru 1031/2008 u Nru 948/2009, Anness I, Regola Ġenerali 3(b))
Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Dikjarazzjoni doganali – Dokumenti li għandhom jakkumpanjaw id-dikjarazzjoni doganali – Obbligu, għal dikjarant ta’ gass likwifikat miż-żejt, li jindika l-perċentwali tas-sustanza li minnha huwa prinċipalment magħmul dan il-prodott – Assenza
(Regolament tal-Kummissjoni Nruo2454/93, Artikolu 218(1)(d))
Ir-Regola 2(b) u r-Regola 3(b) tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [...], fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw mir-Regolament Nru 1031/2008 u mir-Regolament Nru 948/2009 rispettivament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-komponenti kollha ta’ taħlita ta’ gass, bħal gass likwifikat miż-żejt, jagħtuha flimkien in-natura essenzjali tagħha, b’tali mod li ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat il-komponent li jagħtiha n-natura essenzjali tagħha u li, fi kwalunkwe każ, ma huwiex possibbli li tiġi ddeterminata l-kwantità eżatta ta’ kull wieħed mill-komponenti tal-gass likwifikat miż-żejt inkwistjoni, preżunzjoni li s-sustanza li tagħti lill-prodott in-natura essenzjali tiegħu, fis-sens tar-Regola 3(b) ta’ dawn ir-regoli ġenerali, hija dik li l-perċentwali tagħha hija l-ogħla fit-taħlita ma għandhiex tintuża.
(ara l-punt 30 u d-dispożittiv 1)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 32, 33)
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [...], kif emendata bir-Regolamenti Nru 1031/2008 u Nru 948/2009, għandha tiġi interpretata fis-sens li gass likwifikat miż-żejt, li jinkludi 0.32 % ta’ metan, ta’ etan u ta’ etilene, 58.32 % ta’ propan u ta’ propilene, u mhux iktar minn 39.99 % ta’ butan u ta’ butilene, u li ma huwiex possibbli li tiġi ddeterminata liema waħda mis-sustanzi li jikkomponuh tagħtih in-natura essenzjali tiegħu, jaqa’ taħt is-subintestatura 2711 19 00, bħala “Gassijiet minerali (petroleum) [Gassijiet miż-żejt] u idrokarbonji oħrajn bil-gass, imdewbin, oħrajn”.
Fil-fatt, peress li r-Regola 3(b) tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda ma tippermettix li ssir il-klassifikazzjoni ta’ tali taħlita ta’ gass likwifikat miż-żejt, għandha tiġi applikata r-Regola 3(c) ta’ dawn ir-regoli, li skontha l-oġġetti għandhom ikunu kklassifikati fl-intestatura li tiġi l-aħħar f’ordni numeriku minn fost dawk li jistgħu validament jittieħdu inkunsiderazzjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, fis-subintestatura 2711 19 00 tan-Nomenklatura Magħquda, bħala “gass likwifikat miż-żejt ieħor”.
(ara l-punti 36, 37 u d-dispożittiv 2)
L-Artikolu 218(1)(d) tar-Regolament Nru 2454/93, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimplikax l-obbligu, għad-dikjarant ta’ taħlita ta’ gass likwifikat miż-żejt, li ma huwiex possibbli li tiġi ddeterminata liema waħda mis-sustanzi tagħtiha n-natura essenzjali tagħha, li jindika preċiżament il-perċentwali tas-sustanza li minnha huwa prinċipalment magħmul dan il-gass likwifikat miż-żejt.
(ara l-punt 41 u d-dispożittiv 3)