Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0267

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016.
    Gemeente Woerden vs Staatssecretaris van Financiën.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud – Taxxa tal-input – Tnaqqis.
    Kawża C-267/15.

    Court reports – general

    Kawża C‑267/15

    Gemeente Woerden

    vs

    Staatssecretaris van Financiën

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Taxxa tal-input — Tnaqqis”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat‑22 ta’ Ġunju 2016

    Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Oriġini u skop tad-dritt ta’ tnaqqis – Persuna taxxabbli li kkummisjonat il-kostruzzjoni ta’ binja u li bigħetha bi prezz inqas mill-ispejjeż tal-kostruzzjoni ta’ din tal-aħħar – Dritt għat-tnaqqis tat-totalità tat-taxxa fuq il-valur miżjud – Xerrej li ttrasferixxa l-użu ta’ parti mill-imsemmija binja lil terz mingħajr ħlas – Assenza ta’ effett

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112)

    Id-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn il-persuna taxxabbli kkummissjonat il-kostruzzjoni ta’ binja u biegħetha bi prezz inqas mill-ispejjeż tal-kostruzzjoni ta’ din tal-aħħar, l-imsemmija persuna taxxabbli għandha d-dritt għal tnaqqis tat-totalità tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa għall-kostruzzjoni ta’ din il-binja u mhux biss għal tnaqqis parzjali ta’ din it-taxxa, bi proporzjon tal-partijiet tal-imsemmija binja li x-xerrej tagħha jalloka għal attivitajiet ekonomiċi. Il-fatt li dan ix-xerrej jittrasferixxi l-użu ta’ parti minn din il-binja mingħajr ħlas lil terz ma għandha l-ebda effett f’dan ir-rigward.

    (ara l-punt 42 u d-dispożittiv.)

    Top