Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0261

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2016.
    Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen NV vs Gregory Demey.
    Trasport ferrovjarju – Regolament (KE) Nru 1371/2007 – Drittijiet u obbligi tal-passiġġieri – Assenza ta’ biljett tat-trasport – Nuqqas ta’ regolarizzazzjoni fit-termini – Reat kriminali.
    Kawża C-261/15.

    Court reports – general

    Kawża C‑261/15

    Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen NV

    vs

    Gregory Demey

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-vredegerecht te Ieper)

    “Trasport ferrovjarju — Regolament (KE) Nru 1371/2007 — Drittijiet u obbligi tal-passiġġieri — Assenza ta’ biljett tat-trasport — Nuqqas ta’ regolarizzazzjoni fit-termini — Reat kriminali”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal‑21 ta’ Settembru 2016

    Trasport – Trasport ferrovjarju – Regolament Nru 1371/2007 – Drittijiet u obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji – Vjaġġ imwettaq mingħajr biljett tat-trasport u mingħajr regolarizzazzjoni fit-termini – Assenza ta’ rabta kuntrattwali bejn il-passiġġier u l-impriża ferrovjarja

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1371/2007, Anness I, Artikolu 6(2))

    L-aħħar sentenza tal-Artikolu 6(2) tal-Appendiċi A tal-Konvenzjoni dwar trasport internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF), li jinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 1371/2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu li persuna li twettaq vjaġġ bil-ferrovija mingħajr ma jkollha biljett tat-trasport għal dan l-għan u li ma tirregolarizzax is-sitwazzjoni tagħha fit-termini previsti minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jkollhiex rabta kuntrattwali mal-impriża ferrovjarja.

    Fil-fatt, l-imsemmija dispożizzjoni tippreżupponi l-eżistenza ta’ kuntratt ta’ trasport konkluż minn qabel u tikkonċerna biss il-prova tal-eżistenza ta’ tali kuntratt. Minn dan isegwi li hija ma tirregolax il-kundizzjonijiet ta’ formazzjoni ta’ kuntratt ta’ trasport, peress li dawn tal-aħħar huma regolati mid-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti.

    (ara l-punti 26, 30, 34, 35 u d-dispożittiv)

    Top