Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0238

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2016.
    Maria do Céu Bragança Linares Verruga et vs Ministre de l'Enseignement supérieur et de la Recherche.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-persuni – Ugwaljanza fit-trattament – Vantaġġi soċjali – Regolament (UE) Nru 492/2011 – Artikolu 7(2) – Għajnuna finanzjarja għal studji f’edukazzjoni ogħla – Kundizzjoni għall-istudenti li mhux residenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat li jkunu wlied ħaddiema li kienu impjegati jew eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom f’dan l-Istat Membru għall-perijodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin – Diskriminazzjoni indiretta – Ġustifikazzjoni – Għan li jiżdied il-proporzjon ta’ persuni residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla – Natura xierqa – Proporzjonalità.
    Kawża C-238/15.

    Court reports – general

    Kawża C‑238/15

    BRAGANÇA LINARES VERRUGA ET

    vs

    Ministre de l’Enseignement supérieur u de la Recherche

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-tribunal administratif (il-Lussemburgu))

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-persuni – Ugwaljanza fit-trattament – Vantaġġi soċjali – Regolament (UE) Nru 492/2011 – Artikolu 7(2) – Għajnuna finanzjarja għal studji f’edukazzjoni ogħla – Kundizzjoni għall-istudenti li mhux residenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat li jkunu wlied ħaddiema li kienu impjegati jew eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom f’dan l-Istat Membru għall-perijodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin – Diskriminazzjoni indiretta – Ġustifikazzjoni – Għan li jiżdied il-proporzjon ta’ persuni residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla – Natura xierqa – Proporzjonalità”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2016

    1. Moviment liberu tal-persuni-Ħaddiema-Ugwaljanza fit-trattament-Vantaġġi soċjali-Kunċett-Għajnuna mogħtija għall-manutenzjoni u t-taħriġ għat-tkomplija tal-istudji universitarji għal skopijiet professjonali-Inklużjoni-Benefiċjarji tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament-Wlied ta’ ħaddiem immigrant

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1612/68, Artikolu 7(2))

    2. Moviment liberu tal-persuni-Ħaddiema-Ugwaljanza fit-trattament-Vantaġġi soċjali-Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla għall-istudenti mhux residenti għall-kundizzjoni li huma wlied ħaddiema li ħadmu jew eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom f’dan l-Istat Membru matul perijodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin-Inammissibbiltà-Ġustifikazzjoni-Assenza-Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 492/2011, Artikolu 7(2))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 40)

    2.  L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla lill-istudenti mhux residenti għall-kundizzjoni li tal-inqas wieħed mill-ġenituri ta’ dawn tal-aħħar ikun ħadem f’dan l-Istat Membru matul perijodu minimu u kontinwu ta’ ħames snin fil-mument li ssir it-talba għall-għajnuna finanzjarja, iżda ma tipprevedix tali kundizzjoni fir-rigward ta’ studenti residenti fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru, bl-għan li tinkoraġġixxi ż-żieda tal-proporzjon tar-residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla.

      Fil-fatt, tali distinzjoni bbażata fuq ir-residenza, tista’ tkun ta’ ħsara għal ċittadini ta’ Stati Membri oħra, sa fejn il-persuni mhux residenti huma normalment persuni li ma humiex ċittadini, u tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta abbażi tan-nazzjonalità li ma hijiex ammissibbli ħlief bil-kundizzjoni li tkun oġġettivament iġġustifikata. F’dan ir-rigward, l-għan soċjali intiż sabiex iżid b’mod sinjifikattiv, il-proporzjon ta’ dawk li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla huwa għan ta’ interess ġenerali, rikonoxxut fuq livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-kundizzjoni ta’ perijodu ta’ xogħol minimu u kontinwu ta’ ġenitur ħaddiem transkonfinali hija xierqa u neċessarja sabiex jinkiseb l-imsemmi għan. Fil-fatt, jidher leġittimu li l-Istat li jagħti l-għajnuna jfittex li jiżgura li l-ħaddiem transkonfinali effettivament għandu rabta ta’ integrazzjoni mas-soċjetà billi jeżiġi rabta suffiċjenti sabiex jiġġieled kontra r-riskju li jidher bħala “turiżmu ta’ boroż ta’ studju”. Issa, l-imsemmija kundizzjoni hija ta’ natura li tistabbilixxi tali rabta ta’ dawn il-ħaddiema, kif ukoll probabbiltà raġonevoli li l-istudent jiġi lura fl-Istat Membru kkonċernat, wara li dan ikun lesta l-istudji tiegħu. Madankollu, l-imsemmija kundizzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb l-għan leġittimu, sa fejn hija ma tippermettix lill-awtoritajiet kompetenti li jagħtu din l-għajnuna meta l-ġenituri, minkejja xi interruzzjonijiet qosra, ħadmu fl-Istat Membru kkonċernat matul perijodu sinjifikattiv matul il-perijodu li ppreċeda din it-talba, anki jekk tali interruzzjonijiet ma humiex ta’ natura li jiksru r-rabta bejn l-applikant għall-għajnuna finanzjarja u l-Istat Membru kkonċernat.

      (ara l-punti 43-47, 57, 58, 69, 70 u d-dispożittiv)

    Top