EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0211

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016.
Orange vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Kompetizzjoni – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Franċiża lil France Télécom – Riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom – Tnaqqis tal-kumpens dovut lill-Istat minn France Télécom – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet – Kunċett ta’ ‘għajnuna’ – Kunċett ta’ ‘vantaġġ ekonomiku’ – Natura selettiva – Effett fuq il-kompetizzjoni – Żnaturament tal-fatti – Nuqqas ta’ motivazzjoni – Sostituzzjoni tal-motivi.
Kawża C-211/15 P.

Court reports – general

Kawża C‑211/15 P

Orange

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Kompetizzjoni — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Franċiża lil France Télécom — Riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom — Tnaqqis tal-kumpens dovut lill-Istat minn France Télécom — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet — Kunċett ta’ ‘għajnuna’ — Kunċett ta’ ‘vantaġġ ekonomiku’ — Natura selettiva — Effett fuq il-kompetizzjoni — Żnaturament tal-fatti — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Sostituzzjoni tal-motivi”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016

  1. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita ruħha tevita l-obbligi li f’sitwazzjoni normali ma jeżistux – Esklużjoni – Kundizzjonijiet

    (Artikolu 107(1) TFUE)

  2. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Għanijiet li l-Istat irid jilħaq – Assenza ta’ effett

    (Artikolu 107(1) TFUE)

  3. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura ad hoc li tirrigwarda impriża waħda – Inklużjoni – Neċessità ta’ paragun tal-benefiċjarju ma’ operaturi oħra li jinstabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli fid-dawl tal-għan li jrid jintlaħaq mill-miżura – Assenza

    (Artikolu 107(1) TFUE)

  4. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Artikolu 107(1) TFUE)

  1.  Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma toffrix vantaġġ la lill-azzjonisti ta’ kumpannija u lanqas lil din il-kumpannija nnifisha, sa fejn din tillimita ruħha tevita li l-baġit ta’ impriża jitgħabba b’obbligu li, f’sitwazzjoni normali, ma kienx jeżisti u għaldaqstant sempliċiment tirregola possibbiltà eċċezzjonali mingħajr ma tipprova tnaqqas obbligu li din l-istess kumpannija kien normalment ikollha ssostni ma tistax titqies bħala vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

    Madankollu, din ir-regola hija intiża biss sabiex tapplika meta tkun involuta skema li tidderoga doppjament, jiġifieri skema li, sabiex jiġi evitat li l-baġit tal-benefiċjarju tagħha jitgħabba b’obbligu li, f’sitwazzjoni normali, ma kienx jeżisti, tipprevedi deroga intiża sabiex tiġi nnewtralizzata deroga preċedenti mis-sistema tad-dritt komuni.

    (ara l-punti 25, 27)

  2.  L-Artikolu 107(1) TFUE ma jagħmilx distinzjoni skont il-kawżi jew l-għanijiet tal-interventi Statali, iżda jiddefinihom skont l-effetti tagħhom.

    (ara l-punt 38)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 53, 54)

  4.  Sabiex tikklassifika miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni hija obbligata, mhux li turi l-eżistenza ta’ impatt reali tal-għajnuna fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u distorzjoni effettiva tal-kompetizzjoni, iżda biss li teżamina jekk din l-għajnuna tistax taffettwa dan il-kummerċ u twassal għal distorzjoni tal-kompetizzjoni.

    F’dan ir-rigward, il-fatt li settur ekonomiku kien is-suġġett ta’ liberalizzazzjoni fuq livell tal-Unjoni huwa ta’ natura li jikkaratterizza impatt reali jew potenzjali tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni, kif ukoll l-effett tagħha fuq il-kummerċ bejn Stati Membri.

    Fir-rigward tal-kundizzjoni tad-distorzjoni tal-kompetizzjoni, l-għajnuna intiża li teħles impriża mill-ispejjeż li hija jkollha normalment issostni fil-kuntest tal-ġestjoni ta’ kuljum jew tal-attivitajiet normali tagħha, bħala prinċipju toħloq distorzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni.

    (ara l-punti 64‑66)

Top