This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0191
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016.
Verein für Konsumenteninformation vs Amazon EU Sàrl.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolamenti (KE) Nru 864/2007 u (KE) Nru 593/2008 – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Protezzjoni tad-data – Direttiva 95/46/KE – Kuntratti ta’ bejgħ online ma’ konsumaturi li jirrisjedu fi Stati Membri oħra – Klawżoli inġusti – Kundizzjonijiet ġenerali li jinkludu klawżola ta’ għażla tad-dritt applikabbli favur id-dritt tal-Istat Membru fejn l-impriża għandha s-sede tagħha – Determinazzjoni tal-liġi applikabbli għall-evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli ta’ dawk il-kundizzjonijiet ġenerali fil-kuntest ta’ azzjoni għal inġunzjoni – Determinazzjoni tal-liġi li tirregola l-ipproċessar ta’ data personali tal-konsumaturi.
Kawża C-191/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016.
Verein für Konsumenteninformation vs Amazon EU Sàrl.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolamenti (KE) Nru 864/2007 u (KE) Nru 593/2008 – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Protezzjoni tad-data – Direttiva 95/46/KE – Kuntratti ta’ bejgħ online ma’ konsumaturi li jirrisjedu fi Stati Membri oħra – Klawżoli inġusti – Kundizzjonijiet ġenerali li jinkludu klawżola ta’ għażla tad-dritt applikabbli favur id-dritt tal-Istat Membru fejn l-impriża għandha s-sede tagħha – Determinazzjoni tal-liġi applikabbli għall-evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli ta’ dawk il-kundizzjonijiet ġenerali fil-kuntest ta’ azzjoni għal inġunzjoni – Determinazzjoni tal-liġi li tirregola l-ipproċessar ta’ data personali tal-konsumaturi.
Kawża C-191/15.
Court reports – general
Kawża C‑191/15
Verein für Konsumenteninformation
vs
Amazon EU Sàrl
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolamenti (KE) Nru 864/2007 u (KE) Nru 593/2008 — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Protezzjoni tad-data — Direttiva 95/46/KE — Kuntratti ta’ bejgħ online ma’ konsumaturi li jirrisjedu fi Stati Membri oħra — Klawżoli inġusti — Kundizzjonijiet ġenerali li jinkludu klawżola ta’ għażla tad-dritt applikabbli favur id-dritt tal-Istat Membru fejn l-impriża għandha s-sede tagħha — Determinazzjoni tal-liġi applikabbli għall-evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli ta’ dawk il-kundizzjonijiet ġenerali fil-kuntest ta’ azzjoni għal inġunzjoni — Determinazzjoni tal-liġi li tirregola l-ipproċessar ta’ data personali tal-konsumaturi”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali – Regolament Nru 593/2008 – Liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali – Regolament Nru 864/2007 – Azzjoni għal inġunzjoni li tikkonċerna l-użu ta’ klawżoli allegatament inġusti f’kuntratti ta’ bejgħ online konklużi ma’ konsumaturi li jirrisjedu fi Stati Membri differenti minn dak tal-professjonist – Liġi applikabbli
(Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 864/2007, Artikoli 1(3) u 6(1), u Nru 593/2008, Artikoli 1(3) u 6(2); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/22; Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 8)
Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Klawżola inġusta fis-sens tal-Artikolu 3 – Kunċett – Klawżola ta’ kuntratt ta’ bejgħ online redatta b’mod li tiżvija lill-konsumatur fir-rigward tal-liġi applikabbli għall-kuntratt – Inklużjoni – Evalwazzjoni tan-natura inġusta mill-qorti nazzjonali – Kriterji
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 593/2008, Artikolu 6(2); Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 3(1))
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Direttiva 95/46 – Dritt nazzjonali applikabbli – Ipproċessar imwettaq minn impriża ta’ kummerċ elettroniku li tidderieġi l-attivitajiet tagħha lejn Stat Membru – Applikazzjoni tad-dritt tal-Istat Membru kkonċernat – Kundizzjoni
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46, Artikolu 4(1)(a))
Ir-Regolament Nru 593/2008, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), u r-Regolament Nru 864/2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, bla ħsara għall-Artikolu 1(3) ta’ kull wieħed minn dawn ir-regolamenti, il-liġi applikabbli għal azzjoni għal inġunzjoni, fis-sens tad-Direttiva 2009/22, dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, diretta kontra l-użu ta’ klawżoli kuntrattwali allegatament illegali minn impriża stabbilita fi Stat Membru li tikkonkludi kuntratti permezz ta’ kummerċ elettroniku ma’ konsumaturi li jirrisjedu fi Stati Membri oħra u, b’mod partikolari, fl-Istat tal-qorti adita, għandha tiġi ddeterminata konformement mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Ruma II, filwaqt li l-liġi applikabbli għall-evalwazzjoni ta’ klawżola kuntrattwali partikolari għandha dejjem tiġi ddeterminata b’applikazzjoni tar-Regolament Ruma I, sew jekk din l-evalwazzjoni titwettaq fil-kuntest ta’ azzjoni individwali kif ukoll jekk titwettaq fil-kuntest ta’ azzjoni kollettiva.
Madankollu, matul l-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali partikolari fil-kuntest ta’ azzjoni għal inġunzjoni, mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament Ruma I jirriżulta li l-għażla tal-liġi applikabbli hija bla ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imperattivi previsti mil-liġi tal-pajjiż fejn jirrisjedu l-konsumaturi li l-interessi tagħhom huma difiżi permezz ta’ din l-azzjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jinkludu dawk li jittrasponu d-Direttiva 93/13, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, sa fejn dawn jiżguraw, konformement mal-Artikolu 8 tagħha, livell ta’ protezzjoni iktar għoli lill-konsumatur.
(ara l-punti 59, 60, dispożittiv 1)
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ ta’ professjonist, li ma kinitx innegozjata individwalment, li tipprovdi li l-liġi tal-Istat Membru tas-sede ta’ dan il-professjonist għandha tirregola l-kuntratt konkluż permezz tal-kummerċ elettroniku ma’ konsumatur, hija inġusta sa fejn tiżvija lil dan il-konsumatur billi tagħtih l-impressjoni li hija biss il-liġi ta’ dak l-Istat Membru li tapplika għall-kuntratt, mingħajr ma tinformah bil-fatt li huwa jibbenefika wkoll, bis-saħħa tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 593/2008, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), mill-protezzjoni mogħtija lilu mid-dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt li jkun applikabbli fl-assenza ta’ din il-klawżola, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti.
(ara l-punt 71, dispożittiv 2)
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 95/46, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li pproċessar ta’ data personali mwettaq minn impriża ta’ kummerċ elettroniku għandu jkun irregolat mid-dritt tal-Istat Membru li lejh din l-impriża tidderieġi l-attivitajiet tagħha jekk jirriżulta li din l-impriża twettaq l-ipproċessar tad-data inkwistjoni fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment li jinsab f’dak l-Istat Membru. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ.
F’dan ir-rigward, minkejja li l-fatt li l-impriża responsabbli mill-ipproċessar ta’ data ma għandha la sussidjarja u lanqas fergħa fi Stat Membru ma jeskludix li din tkun tista’ jkollha stabbiliment hemmhekk fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 95/46, tali stabbiliment ma jistax jeżisti mis-sempliċi fatt li s-sit internet tal-impriża huwa aċċessibbli minn hemm. Għandhom pjuttost jiġu evalwati kemm il-livell ta’ stabbiltà tal-arranġament kif ukoll ir-realtà tal-eżerċizzju tal-attivitajiet fl-Istat Membru inkwistjoni.
(ara l-punti 76, 77, 81, dispożittiv 3)