EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0145

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016.
K. Ruijssenaars et vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu.
Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 7 – Kumpens tal-passiġġieri f’każ ta’ tħassir jew dewmien ta’ titjira għal iktar minn tliet sigħat – Artikolu 16 – Organi nazzjonali responsabbli mill-applikazzjoni tar-regolament – Ġurisdizzjoni – Adozzjoni ta’ miżuri koerċittivi fil-konfront ta’ trasportatur bl-ajru sabiex iħallas il-kumpens dovut lil passiġġier.
Kawżi magħquda C-145/15 u C-146/15.

Court reports – general

Kawżi magħquda C‑145/15 u C‑146/15

K. Ruijssenaars et

vs

Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

[(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Pays-Bas)]

“Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 7 — Kumpens tal-passiġġieri f’każ ta’ tħassir jew dewmien ta’ titjira għal iktar minn tliet sigħat — Artikolu 16 — Organi nazzjonali responsabbli mill-applikazzjoni tar-regolament — Ġurisdizzjoni — Adozzjoni ta’ miżuri koerċittivi fil-konfront ta’ trasportatur bl-ajru sabiex iħallas il-kumpens dovut lil passiġġier”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016

Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Kumpens u assistenza għal passiġġieri – Dewmien twil ta’ titjira – Organi nazzjonali responsabbli mill-applikazzjoni tar-regolament – Obbligu li jiġu adottati miżuri koerċittivi fil-konfront ta’ trasportatur bl-ajru sabiex iħallas il-kumpens dovut lil passiġġier – Assenza

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, il-21 premessa u l-Artikolu 7(1) u 16))

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-organu nnominat minn kull Stat Membru skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, meta jirċievi lment individwali ta’ passiġġier wara r-rifjut ta’ trasportatur bl-ajru li jħallsu l-kumpens previst fl-Artikolu 7(1) tal-imsemmi regolament, ma huwiex obbligat li jadotta miżuri koerċittivi fil-konfront ta’ dan it-trasportatur maħsuba sabiex iġiegħlu lil dan tal-aħħar iħallas dan il-kumpens.

Fil-fatt, l-ilmenti li l-organu jista’ jirċievi minn kull passiġġier, skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 261/2004, dawn għandhom jitqiesu pjuttost li huma sinjali mmirati sabiex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-regolament b’mod ġenerali, peress li dan l-organu ma huwiex obbligat li jaġixxi fuq tali lmenti sabiex jiġi żgurat id-dritt ta’ kull passiġġier individwali għall-kisba tal-kumpens. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ “sanzjonijiet” inkluż fil-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu, moqri flimkien mal-premessa 21 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat bħala li jirreferi għall-miżuri adottati b’reazzjoni għall-ksur li l-organu jirrileva fl-eżerċizzju tas-sorveljanza ta’ natura ġenerali prevista fil-paragrafu 1 tal-imsemmi Artikolu 16, u mhux għall-miżuri koerċittivi amministrattivi li għandhom jiġu adottati f’kull każ individwali.

(ara l-punti 31, 32 u 38 u d-dispożittiv)

Top